Left arrow Go Back

Zjara tal-Vici Prim Ministru fl-Awstrija

PR1702
Date Icon 14/09/1998

Zjara tal-Vici Prim Ministru fl-Awstrija

Il-Vici Prim Ministru u Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin, il-Professur Guido de Marco, illum kellu laqgha kordjali mal-President tal-Kunsilli tal-Ministri ta’ l-Unjoni Ewropea u Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin Awstrijak, Dr Wolfgang Schussel.

Waqt il-laqgha, il-Vici Prim Ministru pprezenta formalment ittra li fiha nforma lill-Kunsill tal-Ministri li Malta qieghda tirriattiva l-applikazzjoni taghha ghal shubija fl-Unjoni. L-objettiv tal-laqgha kien li l-Professur de Marco jesplora l-ahjar proceduri kif Malta tista’ tinserixxi ruhha mill-gdid mal-grupp ta’ pajjizi li qeghdin jippreparaw biex jifthu formalment in-negozjati li mistennija jwasslu ghas-shubija fl-Unjoni Ewropea.Il-President tal-Kunsill tal-Ministri wera s-sodisfazzjon tieghu li Malta rriattivat l-applikazzjoni taghha ghal shubija.Bhala rizultat ta’ din il-laqgha, il-President tal-Kunsill tal-Ministri ser jinforma lill-Ministri l-ohra ta’ l-Unjoni Ewropea dwar l-ittra ta’ Malta biex tirriattiva l-applikazzjoni taghha ghal shubija. Dan jaghti lok biex wara l-laqgha, maghrufa ahjar bhala l-General Affairs Council, il-Kummissjoni thejji rapport dwar Malta. Aktar tard din is-sena dan ir-rapport jitressaq quddiem il-gvernijiet tal-membri ta’ l-Unjoni Ewropea.Wara l-laqgha, li damet ftit aktat minn siegha u li kienet wahda pozittiva, il-President tal-Kunsill stieden lill-Vici Prim Ministru ghal konferenza stampa fejn gurnalisti Awstrijaci ghamlu diversi domandi liz-zewg Ministri.14.09.98
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow