Diskuss it-tishih ta' koperazzjoni bejn il-Gvern u l-Knisja f'Ghawdex
PR1699
14/09/1998
Diskuss it-tishih ta' koperazzjoni bejn il-Gvern u l-Knisja f'Ghawdex
Il-holqien ta’ mezzi formali ta’ koperazzjoni bejn il-Gvern, il-Knisja u l-Organizzazzjonijiet mhux Governattivi fil-qasam socjali f’Ghawdex gie diskuss waqt zjara ta’ kortesija li Giovanna Debono, il-Ministru ghal Ghawdex, ghamlet lill-Eccellenza Tieghu Mons. Nikol Cauchi, Isqof ta’ Ghawdex.
Il-Ministru Debono esprimiet l-apprezzament taghha ghall-kontribut siewi li l-Knisja Ghawdxija qed taghti fil-qasam socjali lis-socjeta’ Ghawdxija. Hija esprimiet ukoll ir-rieda shiha taghha li l-Ministeru ghal Ghawdex jaghti l-kontribut kollu possibbli biex, flimkien ma’ l-ghaqdiet fi hdan il-Knisja u organizzazzjonijiet ohra tal-volontarjat, joholqu sinergiji bejniethom ghat-tishih tat-tessut socjali fil-gzira Ghawdxija.Il-Ministru Debono u l-Isqof Cauchi qablu li jkomplu jiflu kif ghandhom jigu msahha s-solidarjeta’ u l-koperazzjoni bejn l-Gvern u l-Knisja f’Ghawdex, ghall-izvilupp socjali tal-komunita’ Ghawdxija.14.09.98Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN