Il-Ministru Noel Farrugia jindirizza lill-bdiewa fil-pitkalija
PR1673
03/09/1998
Il-Ministru Noel Farrugia jindirizza lill-bdiewa fil-pitkalija
Il-Gvern prezenti ser ikompli jmexxi politika li ggib ‘il quddiem l-interessi tax-xoghol u tad-dhul tal-bdiewa, rahhala u sajjieda.
Dan filwaqt li jkompli jsahhah ir-rabta bejn il-konsumaturi u l-ekologisti bil-ghan li s-settur joffri diversifikazzjoni u livell aktar gholi ta’ prodott bi prezzijiet kompetittivi u b’metodi nnovattivi ta’ produzzjoni li ma tkunx ta’ dannu ghall-ambjent naturali.Dan qalu il-Ministru tal-Biedja u Sajd, Noel Farrugia, meta llum ndirizza lill-bdiewa fil-Pitkalija Centrali. Huwa kompla jghid li b’din id-direzzjoni tissahhah bil-kbir l-attivita’ ekonomika tas-setturi tal-biedja u sajd b’rizultat li fil-futur jinholoq aktar investiment gdid u s-setturi jrendu aktar f’dak li huwa gid komuni.Il-Ministru Noel Farrugia stqarr mal-bdiewa u r-rahhala sabiex jikkoncentraw aktar fuq il-bidliet li hemm bzonn isehhu fis-settur u jwarrbu l-ghidut mqarrqa u mimlija ngann ta’ xi whud.Fid-diskors tieghu huwa ddikjara pubblikament li l-Gvern prezenti mhux veru sejjer jiccargja lill-bdiewa u lir-rahhala ghall-ilma li dawn se jtellghu mill-boreholes. Anzi se jaghmel aktar manutenzjoni ta’ widien bhal dak ta’ Wied il-Qlejgha sabiex tizdied sostanzjalment il-hazna ta’ l-ilma halli l-bdiewa u r-rahhala jkollhom aktar access ghall-ilma naturali biex isaqqu l-ucuh u jisqu l-bhejjem u t-tjur taghhom.Il-Ministru Noel Farrugia ddikjara wkoll li kelliema ta’ l-Oppozizzjoni mhux qed ikunu onesti u sinciera mal-bdiewa u rahhala jekk Malta ssir Membru Shih ta’ l-Unjoni Ewropeja.Dan jista’ jfisser jew li l-kelliema ta’ l-Oppozizzjoni ghall-oqsma tal-biedja u s-sajd ma jafu xejn dwar is-sitwazzjoni attwali tal-Politika Komuni Agrarja (CAP) jew iridu jingannaw u jqarrqu bil-bdiewa u bir-rahhala.Huwa spjega lill-bdiewa u lir-rahhala li biex tesporta lejn il-pajjizi ta’ l-Unjoni Ewropeja irid l-ewwel ikollok grading professjonali tal-prodott, certifikazzjoni tal-prodott u prezzijiet kompetittivi ma’ dawk tal-pajjizi ta’ l-Unjoni girien bhall-Italja u Spanja.Dawn il-fatturi huma is-sisien tas-sistema tal-CAP u kull Gvern, kull bidwi, kull rahhal u kull koperattiva jew ghaqda tal-bdiewa li jafu kemm saru tentattivi matul dawn l-ahhar tletin sena sabiex jigu stabbiliti dawn is-sistemi lokalment u xorta ghadu sar ftit li xejn.Dwar il-prezzijiet garantiti u ssussidjati, huwa rega’ tenna li filwaqt li fil-pajjizi membri ta’ l-Unjoni Ewropeja il-prezzijiet tal-majjal, tal-halib frisk u prodotti processati huma ferm aktar gholjin ghall-konsumaturi, il-bdiewa u r-rahhala jgibu prezzijiet anqas minn dawk f’Malta ghall-prodotti taghhom.Huwa talab pubblikament lill-Oppozizzjoni tikkonferma jew tichad jekk huwiex veru li l-prezz tal-majjal ghar-rahhala tal-pajjizi membri ta’ l-Unjoni Ewropeja huwa ta’ 60c-il kilo meta dak ta’ Malta huwa ta’ 80c. L-istess ghall-prezz tat-tadam ghall-ghasir, jekk huwiex 4c fl-Unjoni Ewropeja meta f’Malta huwa 7c u 9c ghall-bdiewa jew jekk il-prezz tal-halib frisk huwiex ta’ 66 c il-gallun ghall-kwota filwaqt li f’Malta huwa ta’ 74c ghall-kwota.Il-Ministru Noel Farrugia talab pubblikament lill-Oppozizzjoni tikkonferma jekk huwiex minnu li l-politika l-gdida tal-CAP dwar id-dwieli giet irtirata fit-2 ta’ Lulju f’Brussels kawza ta’ obbligi li ghandha l-Unjoni Ewropeja mad-WTO jigifieri li l-WTO qed tobbliga lill-Unjoni Ewropeja sabiex jibdew jitnaqqsu u jispiccaw is-sussidji lill-bdiewa, rahhala u sajiieda sas-sena 2010.Il-Ministru kompla jghid li Gvern Laburista mhux se jahbi ebda verita lill-bdiewa. Anzi jghid kategorikament li biex ihares is-settur tal-biedja u sajd u l-ghixien tal-familji tal-bdiewa, tas-sajjieda u tar-rahhala qed jiddikjara u jsostni li dawn is-setturi se jkunu eskluzi min-negozjati li l-Gvern prezenti qed jaghmel ma’ l-Unjoni Ewropeja ghal Zvilupp ta’ Zona ta’ Kummerc Industrijali Hieles.Dwar il-prezzijiet tal-haxix fis-suq lokali u l-importazzjoni ta’ frott u hxejjex minn barra, huwa qal lill-bdiewa li l-unika soluzzjoni hija li l-bdiewa u r-rahhala jifhmu l-importanza li minn biedja konvenzjonali jmorru ghall-biedja organika.Huwa ddikjara li meta wiehed jevalwa iz-zminijiet tal-llum mill-ewwel jifhem li din hija l-unika ghazla matura u li trendi ahjar ghall-bidwi u r-rahhal u kien ghalhekk li l-Gvern prezenti matul dawn l-ahhar 22 xahar hadem bis-shih biex jintroduci dawn il-metodi godda u li tant huma ghal qalb il-konsumaturi Maltin u t-turisti.Il-Ministru Noel Farrugia kompla jghid li matul dawn l-ahhar 22 xahar saru numru ta’ laqghat ma’ kumpaniji Ewropej, Amerikani u Gharab sabiex f’pajjizna jizdied aktar l-investiment fl-Agro Industrija.Bhala rizultat ta’ dan l-impenn ta’ Gvern Laburista l-Ministru Noel Farrugia rrefera ghall-protokol li gie ffirmat bejn il-Gvern Malti u dak Libjan halli z-zewg pajjizi jizviluppaw progetti fl-oqsma tal-biedja u sajd sabiex jikber aktar il-kummerc u jinholqu aktar opportunitajiet ta’ mpieg f’dawn is-setturi.Dovut ghal dan il-ftehim diga ngieb kuntratt ta’ xoghol ghall-haddiema tat-Tarznari sabiex jaghmlu manutenzjoni u bini ta’ trawlers tas-sajd Libjani u qal li fil-gimghat li gejjin kumpaniji ohra Libjani se jkomplu jigu Malta halli jinvestu f’fabbriki tal-gobon maghmul mill-halib frisk, pprocessar tal-hut u tigieg sabiex hafna mill-prodotti ta’ l-ikel mpurtati fil-Libja jibdew isiru lokalment bejn kumpaniji privati Maltin u l-LAFICO.Il-Ministru Noel Farrugia temm id-diskors tieghu b’appell lill-bdiewa, rahhala u sajjieda sabiex ghal li gej itejbu ahjar l-istrutturi tal-koperattivi taghhom b’mod aktar professjonali u kordinat halli jgawdu ahjar il-gid li Gvern prezenti rnexxielu johloq fis-setturi tal-biedja u s-sajd matul dawn l-ahhar 22 xahar li ilu jmexxi lill-pajjizna.03.09.98Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN