Wirja ta' Pittura ta' Salvu Mallia f'Adenau, fil-Germanja
PR1672
03/09/1998
Wirja ta' Pittura ta' Salvu Mallia f'Adenau, fil-Germanja
Nhar is-Sibt, 29 ta' Awissu, l-Ambaxxatur ta' Malta fil-Germanja, Carmel J. Aquilina, inawgura wirja ta' pittura ta' Salvu Mallia fil-Belt ta' Adenau, li tinsab bejn Bonn u Koblenz. Il-wirja, li tinkludi 22 kwadru ta' dan il-pittur Malti, giet imtella' mill-Belt ta' Adenau u mid-Deutsch-Maltesische Gesellschaft (Assocjazzjoni Germanja-Malta) fl-okkazjoni tad-29 Heimatfest ta' din il-Belt. Il-post tal-wirja huwa palazz antik fil-qalba b'konnessjonijiet storici mal-Kavallieri ta' l-Ordni ta' San Gwann.
Saru diskorsi ta’ l-okkazjoni mis-Sindku ta' Adenau, Bernd Schiffarth u mill-Ambaxxatur Carmel Aquilina. It-tnejn tkellmu dwar il-karriera artistika ta' Salvu Mallia u l-elementi principali tal-pittura tieghu. L-Ambaxxatur Aquilina fakkar ukoll fir-rabtiet mill-qrib li jezistu bejn Adenau u l-Mellieha permezz tal-gemellagg taghhom, u l-kontribut tad-Deutsch-Maltesische Gesellschaft.03.09.98Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN