Johorgu l-permessi ghall-ewwel 81 post tal-Belt gdida ta' Pembroke
PR1669
03/09/1998
Johorgu l-permessi ghall-ewwel 81 post tal-Belt gdida ta' Pembroke
Se tibda tinbena l-Belt Gdida ta’ Pembroke wara li l-Awtorita’ ta’ l-Ippjanar il-bierah approvat it-talba tad-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta’ Djar, tal-Ministeru ghad-Djar, biex jinbnew l-ewwel 81 post tal-Belt gdida li se tinbena f’Pembroke. Bhalissa diga’ bdew jithejjew zewg offerti ghall-bini ta’ dawn il-postijiet li huma mahsuba li johorgu aktar tard dan ix-xahar.
Dawn huma biss l-ewwel postijiet minn 367 post li dwarhom id-Dipartiment diga’ talab il-permess minghand l-Awtorita’ tal-Ippjanar ghall-Belt gdida ta’ Pembroke. Aktar postijiet ghal din il-belt qeghdin jigu ppjanati bhalissa. Dan beda juri x-xoghol kbir li sar mill-Ministru ghad-Djar u Kunsilli Lokali dwar il-bini ta’ din il-belt gdida.Il-Belt gdida ta’ Pembroke kien wiehed mill-ewwel progetti li s-Sur Alfred Portelli, Ministru ghad-Djar u Kunsilli Lokali, beda jahdem fuqu minn kmieni wara l-elezzjoni tal-1996. L-ewwel xoghol li sar kien li jinbidlu l-pjani originali li kien ghamel il-Gvern Nazzjonalista. Dan ried li bicca art kbira f’Pembroke ssir business park. Il-Ministru Portelli ra li kien ikun ahjar ghac-cittadini jekk f’dan l-ispazju jinbnew djar ghall-poplu. Meta nbidlu l-pjani bdew mill-ewwel isiru l-pjanti u gew pprezentati l-permessi ghall-bini quddiem l-Awtorita’ tal-Ippjanar.Barra l-bini ta’ dawn it-81 post, id-Dipartiment bhalissa qieghed jiddiskuti mal-Awtorita’ tal-Ippjanar u l-Kunsill Lokali ta’ Pembroke il-pjanti ghall-bini ta’ 246 post iehor. Sar ukoll xoghol biex jigu emendati l-pjanti ta’ 40 post iehor. Il-pjanti emendati se jintbaghtu lill-Awtorita’ tal-Ippjanar fil-gimghatejn li gejjin.03.09.98Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN