L-Applikanti ghall-Akkomodazzjoni Socjali jinzlu ghal 2,678
L-Applikanti ghall-Akkomodazzjoni Socjali jinzlu ghal 2,678
Kif kien bassar ftit ilu l-Ministru ghad-Djar u Kunsilli Lokali, s-Sur Alfred Portelli, l-figura ta’ applikanti quddiem id-Dipartiment ghall-Akkomodazzjoni Socjali illum nizlet ghal 2,678. Din il-figura hija kwazi 1,889 applikant anqas mill-figura ta’ Ottubru 1996. Dak inhar, taht il-Gvern Nazzjonalista, il-figura nfatti kienet ta’ 4,566.
Dan it-tnaqqis huwa dovut ghall-isforzi kbar li saru mill-Ministeru ghad-Djar u Kunsilli Lokali taht il-Ministru Alfred Portelli li f’dawn it-22 xahar hadem bla heda biex jakkomoda kemm jista’ jkun nies li jkunu l-aktar fil-bzonn specjalment persuni b’dizabilita’. Swew ukoll ir-riformi kbar li l-Awtorita’ tad-Djar wettqet taht il-Ministru Portelli fil-kategoriji tan-nies li japplikaw ghall-postijiet godda.
Fattur iehor kien it-titjib kbir li sar fl-iskemi tal-istess Awtorita’ lil dawk li jkunu jridu jsewwu d-djar taghhom jew ta’ dawk li jkunu jridu jixtru l-post fejn joqghodu u anke dawk li jkunu jridu sussidju fuq il-kera. Dan barra l-iskemi godda li dahhal il-Gvern Laburista f’dawn l-ahhar xhur
Mill-figuri mxandra llum mid-Dipartiment ghall-Akkomodazzjoni Socjali, jidher li minn 2678 applikant hemm 674 applikant li qeghdin jghixu ma’ haddiehor u 476 li qeghdin jghixu fi djar sub-standard. Hemm imbaghad 486 li jridu post alternattiv minhabba ragunjiet ta’ sahha.
02.09.98
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN