Left arrow Mur Lura

Kawza ta' Libell mill-Ministru Alfred Portelli

PR1657
Date Icon 02/09/1998

Kawza ta' Libell mill-Ministru Alfred Portelli

Il-Ministru ghad-Djar u Kunsilli Lokali, l-Onor Alfred Portelli, ghada mistenni jipprezenta kawza ta’ libell kontra n-Net Tv tal-Partit Nazzjonalista wara li hassu ingurjat b’allegazzjoni li saret li zviluppatur tal-proprjetà qieghed jiffinanzja l-kampanja elettorali tieghu.

Fic-citazzjoni l-Ministru Portelli qieghed jghid li Net TV ingurjah meta fil-bulettin tal-ahbarijiet tat-8.15 p.m. ta’ nhar it-Tnejn 31 ta’ Awissu 1998 u ripetut f’bulettini ohra ta’ l-ahbarijiet u fi programm ta’ diskussjoni, allega li zviluppatur tal-propjetà kien qieghed jiffinanzjalu l-kampanja elettorali tieghu.

L-Ministru Portellli filwaqt li jichad kategorikament allegazzjoni bhal din, qieghed jitlob permezz tal-kawza li jigi kumpensat ghad-danni sofferti.

02.09.98

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow