Left arrow Go Back

Se ssir it-Tieni Konferenza Nazzjonali dwar Zghazagh u Housing

PR1645
Date Icon 01/09/1998

Se issir it-Tieni Konferenza Nazzjonali dwar Zghazagh u Housing

Il-Ministru ghad-Djar u Kunsilli Lokali, is-Sur Alfred Portelli, qal dal-ghodu li l-Ministeru tieghu flimkien mas-Segretarjat taz-Zghazagh, Sport, Kultura u Arti se jorganizzaw it-Tieni Konferenza Nazzjonali dwar Zghazagh u Housing. Huwa qal li filwaqt li l-Ewwel Konferenza ttrattat il-problemi tal-housing u z-zghazagh b’mod generali it-Tieni Konferenza se tiffoka l-aktar fuq iz-zghazagh bi problemi socjali u l-housing.

Il-Ministru Portelli habbar dan f’konferenza tal-ahbarijiet li ta dal-ghodu flimkien mas-Segretarju Parlamentari ghaz-Zghazagh, Sport, Kultura u Arti, n-Nutar Joe Cilia. F’din il-konferenza tal-ahbarijiet gie pprezentat lill-istampa ktejjeb bl-interventi kollha li saru waqt l-Ewwel Konferenza Dwar Zghazagh u Housing li kienet saret f’Novembru li ghadda bit-tema: "Bejn erba’ Hitan".

Is-Sur Portelli qal li hafna mill-problemi socjali li tqanqlu fl-ewwel konferenza dwar zghazagh uhousing u l-proposti li saru biex dawn il-problemi jittaffew, illum jaghmlu parti mill-programm politiku tal-Gvern kif imhabbar mill-Prim Ministru. Huwa semma per ezempju l-problemi ta’ housing li jiffaccjaw nies bi htigijiet specjali, xebbiet omm, nisa msawta, familji b’genitur wiehed u ohrajn. Il-Ministru Portelli semma wkoll kif il-problemi ta’ dawn in-nies qeghdin jigu kontinwament mistharrga fi hdan l-Housing Advocacy Board li hu personalment haseb biex jirrijorganizzah u jpoggih fuq sisien aktar sodi.

Tkellem ukoll in-Nutar Cilia li qal li bhala Segretarju Parlamentari responsabbli miz-zghazagh u l-problemi li jolqtuhom ma setax ihalli barra l-qasam tal-housing u kien ghalhekk li bi ftehim mal-Ministru ghad-Djar waqqfu l-Kumitat Koordinattiv dwar Zghazagh u Housing. Huwa qal li dan beda jahdem minn kmieni biex jorganizza l-ewwel konferenza nazzjonali appuntu dwar zghazagh u housing u issa se jibda jahseb ghat-tieni konferenza li se titratta l-problemi socjali taz-zghazagh u l-housing. Huwa qal li l-ewwel konferenza kienet success kbir u hekk jittama li se tkun it-tieni konferenza.

01.09.98

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow