Left arrow Go Back

Rizultati Pozittivi fl-Oqsma tal-Biedja u s-Sajd

PR1638
Date Icon 01/09/1998

Rizultati Pozittivi fl-Oqsma tal-Biedja u s-Sajd

Huwa fatt li ma jista’ jinnegah hadd li f’dawn l-ahhar 22 xahar ta’ Gvern Laburista s-setturi tal-Biedja u Sajd ikkontribwixxew b’zieda ta’ aktar minn 3 miljun lira Maltija fil-Gross Domestic Product, ghaldaqstant mhux gust li jinghad li dan ir-rizultat huwa wiehed negattiv.

Ghalhekk, hija gidba sfaccata meta l-Oppozizzjoni Nazzjonalista tghid li l-bdiewa, rahhala u sajjieda marru ghall-aghar taht Gvern Laburista.

Dan qalu il-Ministru tal-Biedja u Sajd Noel Farrugia b’riferenza ghall-kritika ngusta li qed issir mill-Oppozizzjoni Nazzjonalista dwar is-setturi tal-Biedja u s-Sajd.

F’dawn l-ahhar 22 xahar ta’ Gvern Laburista l-bdiewa dahhlu kwart ta’ miljun lira aktar mill-esportazzjoni tal-patata meta pparagunata ma’ l-ahhar 22 xahar ta’ Amministrazzjoni Nazzjonalista.

L-istess gara fil-qatla tal-majjal fejn matul dawn l-ahhar 22 xahar il-produzzjoni ta’ majjal frisk zdiedet b’aktar minn miljun u nofs liri Maltin meta pparagunata ma’ l-ahhar 22 xahar ta’ l-Amministrazzjoni Nazzjonalista.

Rizultat iehor pozittiv kien dak fil-produzzjoni tal-halib frisk tal-baqar li f’dawn l-ahhar 22 xahar pproducew zieda ta’ miljun lira Maltija meta pparagunat ma’ l-ahhar 22 xahar ta’ Amministrazzjoni Nazzjonalista.

Din is-sena wkoll irduppjat il-qabda tal-pixxispad meta pparagunata mal-qabda f’dawn l-ahhar 4 snin. Dan huwa rizultat tal-hidma internazzjonali li saret mill-Gvern Malti flimkien ma’ Gvernijiet ohra sabiex jispicca l-uzu tad-drift nets li kawza taghhom is-sajjieda Maltin fis-snin li ghaddew rari kienu jaqbdu pixxispad kbir.

Il-Ministru Noel Farrugia kompla jghid li taht tmexxija ta’ Gvern Laburista is-setturi tal-Biedja u Sajd marru ‘l quddiem mhux biss f’dak li huwa zieda fil-Gross Domestic Product imma wkoll f’dak li huwa zvilupp sostenibbli u xjentifiku.

Matul dawn l-ahhar 22 xahar saru diversi preparamenti sabiex il-bdiewa u rahhala ghall-futur jigu meghjuna jaqilbu minn produzzjoni ta’ agrikoltura konvenzjonali ghal dik organika.

Bhala fatt semma x-xoghol fuq l-Agro-Economic Survey, ir-rijabilitazzjoni ta’ Wied il-Qlejgha biex jinholoq aktar access ghall-hazna ta’ l-ilma gieri u laboratorji godda li gew zviluppati sabiex il-konsumaturi jkollhom aktar assigurazzjoni dwar il-kwalita tal-prodott.

Huwa veru li dan l-impenn li wettaq il-Ministeru tal-Biedja u Sajd wettqu b’anqas flus milli fis-snin li ghaddew kienu jigu vvutati ghal dan il-Ministeru.

Dan l-impenn twettaq b’success u b’kordinazzjoni shiha ma’ dawk id-Diretturi, Ufficjali u haddiema tad-Dipartimenti li emmnu bis-shih li pass bhal dan qed isir fl-interess tal-pajjiz u ghall-gid komuni.

Il-Ministru Noel Farrugia kompla jghid li wara l-mandat il-gdid tal-5 ta’ Settembru Gvern Laburista Gdid se jkompli bil-hidma tieghu sabiex jghin direttament u indirettament lill-bdiewa, rahhala u sajjieda kif dawn jistghu jiffrankaw hafna mill-ispejjez li sa llum jirrikjedu biex ikabbru l-ucuh, il-bhejjem u tjur taghhom.

01.09.98

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow