Ippubblikat ir-Rapport dwar il-Konvenji ta' l-Awtorita' tad-Djar
Ippubblikat ir-Rapport dwar il-Konvenji ta' l-Awtorita' tad-Djar
Il-Gvern qieghed jippubblika ir-Rapport imhejji mill-Awditur Generali u mid-Direttur tal-Kuntratti dwar il-konvenji li dahlet ghalihom l-Awtorita` tad-Djar fl-14 ta’ Awissu 1998. Ir-rapport wasal ghand il-Gvern il-bierah filghaxija.
Il-Gvern jinnota b’sodisfazzjon li l-Awditur Generali u d-Direttur tal-Kuntratti ikkonkludew indipendentement minn xulxin li ma sabu ebda evidenza ta’ xi irregolarita` fil-konvenji li ffirmat l-Awtorita` tad-Djar kemm fl-ghazla ta’ l-offerti kemm fil-prezzijiet innegozjati.
Il-Gvern qieghed jaccetta bla riserva r-rakkomandazzjonijiet kollha dwar il-process ta’ xiri ta’ djar li qed jaghmlu l-Awditur Generali u d-Direttur tal-Kuntratti. Dawn ir-rakkomandazzjonijiet se jigu implimentati minnufih.
Waqt li l-Gvern talab lill-Awditur Generali u lid-Direttur tal-Kuntratti biex jaghmlu l-investigazzjonijiet taghhom, il-Gvern kien stieden ukoll lill-Kap ta’ l-Oppozizzjoni biex jinnomina persuna ta’ l-aqwa fiducja tieghu biex dan jinghata l-poter kollu mill-Gvern biex jinvestiga l-allegazzjonijiet li saru mill-Kap ta’ l-Oppozizzjoni. Izda l-Kap ta’ l-Oppozizzjoni irrifjuta din l-istedina.
Kopja tar-rapport ta’ l-Awditur Generali u tad-Direttur tal-Kuntratti tqassmet lill-istampa.
01.09.98
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN