RIZULTATI POZITTIVI FL-OQSMA TAL-BIEDJA U S-SAJD
Huwa fatt li ma jista’ jinnegah hadd li f’dawn l-ahhar 22 xahar ta’ Gvern Laburista s-setturi tal-Biedja u Sajd ikkontribwixxew b’zieda ta’ aktar minn 3 miljun lira Maltija fil-Gross Domestic Product, ghaldaqstant mhux gust li jinghad li dan ir-rizultat huwa wiehed negattiv.
Ghalhekk, hija gidba sfaccata meta l-Oppozizzjoni Nazzjonalista tghid li l-bdiewa, rahhala u sajjieda marru ghall-aghar taht Gvern Laburista.
Dan qalu il-Ministru tal-Biedja u Sajd Noel Farrugia b’riferenza ghall-kritika ngusta li qed issir mill-Opposizzjoni Nazzjonalista dwar is-setturi tal-Biedja u s-Sajd.
F’dawn l-ahhar 22 xahar ta’ Gvern Laburista l-bdiewa dahhlu kwart ta’ miljun lira aktar mill-esportazzjoni tal-patata meta pparagunata ma’ l-ahhar 22 xahar ta’ Amministrazzjoni Nazzjonalista.
L-istess gara fil-qatla tal-majjal fejn matul dawn l-ahhar 22 xahar il-produzzjoni ta’ majjal frisk zdiedet b’aktar minn miljun u nofs liri Maltin meta pparagunata ma’ l-ahhar 22 xahar ta’ l-Amministrazzjoni Nazzjonalista.
Rizultat iehor pozittiv kien dak fil-produzzjoni tal-halib frisk tal-baqar li f’dawn l-ahhar 22 xahar pproducew zieda ta’ miljun lira Maltija meta pparagunat ma’ l-ahhar 22 xahar ta’ Amministrazzjoni Nazzjonalista.
Din is-sena wkoll irduppjat il-qabda tal-pixxispad meta pparagunata mal-qabda f’dawn l-ahhar 4 snin. Dan huwa rizultat tal-hidma internazzjonali li saret mill-Gvern Malti flimkien ma’ Gvernijiet ohra sabiex jispicca l-uzu tad-drift nets li kawza taghhom is-sajjieda Maltin fis-snin li ghaddew rari kienu jaqbdu pixxispad kbir.
Il-Ministru Noel Farrugia kompla jghid li taht tmexxija ta’ Gvern Laburista is-setturi tal-Biedja u Sajd marru ‘l quddiem mhux biss f’dak li huwa zieda fil-Gross Domestic Product imma wkoll f’dak li huwa zvilupp sostenibbli u xjentifiku.
Matul dawn l-ahhar 22 xahar saru diversi preparamenti sabiex il-bdiewa u rahhala ghall-futur jigu meghjuna jaqilbu minn produzzjoni ta’ agrikoltura konvenzjonali ghal dik organika.
..../....
Bhala fatt il-Ministru Noel Farrugia semma x-xoghol fuq l-Agro-Economic Survey, ir-rijabilitazzjoni ta’ Wied il-Qlejgha biex jinholoq aktar access ghall-hazna ta’ l-ilma gieri u laboratorji godda li gew zviluppati sabiex il-konsumaturi jkollhom aktar assigurazzjoni dwar il-kwalita tal-prodott.
Huwa veru li dan l-impenn li wettaq il-Ministeru tal-Biedja u Sajd wettqu b’anqas flus milli fis-snin li ghaddew kienu jigu vvutati ghal dan il-Ministeru.
Dan l-impenn twettaq b’success u b’kordinazzjoni shiha ma’ dawk id-Diretturi, Ufficjali u haddiema tad-Dipartimenti li emmnu bis-shih li pass bhal dan qed isir fl-interess tal-pajjiz u ghall-gid komuni.
Il-Ministru Noel Farrugia kompla jghid li wara l-mandat il-gdid tal-5 ta’ Settembru Gvern Laburista Gdid se jkompli bil-hidma tieghu sabiex jghin direttament u indirettament lill-bdiewa, rahhala u sajjieda kif dawn jistghu jiffrankaw hafna mill-ispejjez li sa llum jirrikjedu biex ikabbru l-ucuh, il-bhejjem u tjur taghhom.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN