ELEZZJONIJIET GENERALI 1998
Dokumenti ghall-Votazzjoni Specjali
Il-Kummissjoni Elettorali tavza lil dawk il-persuni li ntilfilhom jew tqattalhom id-dokument ghall-votazzjoni wara li rcevewh, u lil dawk li ghalkemm isimhom jidher fir-Registru Elettorali ta’ April 1998 rivedut bid-decizjonijiet ta’ l-Ufficjal Revizur, ma rcevewx id-dokument ghall-votazzjoni minhabba xi raguni, inkluz dik li l-Kummissjoni ma kellhiex ir-ritratt taghhom, li huma jistghu jidhru quddiem il-Kummissjonarju Elettorali biex, japplikaw ghal dokument ghall-votazzjoni specjali. Il-granet u l-hinijiet huma kif gej:
it-Tnejn il-31 ta’ Awissu, u t-Tlieta, l-1 ta’ Settembru, 1998:
mit-8.30 a.m. sas-1.00 p.m., u;
mis-2.00 p.m. sat-8.00 p.m.
l-Erbgha, it-2 ta’ Settembru (l-ahhar jum)
mit-8.30 a.m. sas-1.00 p.m. u
mis-2.00 p.m. sad-9.00 p.m.
Dawk il-votanti rregistrati fit-Tlettax-il distrett elettorali (Ghawdex u Kemmuna) ghandhom jattendu fl-Ufficcju tal-Karta ta’ l-Identita’, Triq ir-Repubblika, r-Rabat, Ghawdex, fl-istess granet u hinijiet.
Minghajr id-dokument ghall-votazzjoni, hadd ma jkun jista’ jivvota.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN