STQARRIJA MILL-MINISTRU GHAX-XOGHLIJIET PUBBLICI U KOSTRUZZJONI, IL-PERIT CHARLES BUHAGIAR.
B’ riferenza ghal dak li gie rrapurtat li qal Dr. Eddie Fenech Adami, kap tal-Partit Nazzjonalista fir-rigward ta’ xi involviment tieghi f’ xi bejgh ta’ xi art f’ Hal Ghaxaq lill-Awtorita’ tad-Djar, nichad bil-qawwa kollha li jien ghandi jew qatt kelli xi interess personali jew mod iehor f’ kwalunkwe tip f’ xi propjeta f’ Hal Ghaxaq jew f’ xi parti ohra f’ Malta jew Ghawdex hlief kif dikjarat minni fid-dikjarazzjoni ta’ l-assi kapitali bhala Ministru li jien ghamilt f’ Marzu li ghadda.
Nichad ukoll l-allegazzjoni li jien nahdem ma’ xi ditta ta’ periti partikolari. Niddikjara li jien irrizenjajt mill-karigi kollha li kelli f’ditta ta’ periti li kont nahdem maghha immedjatament kif gejt mahtur Ministru.
Filwaqt li nghid lil Dr. Fenech Adami biex ma jirrepetix dawn l-allegazzjonijiet li huma kompletament infondati, inzomm id-dritt li niehu kwalunkwe azzjoni ohra ulterjuri li tippermettili l-ligi.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN