GHAJNUNA LIC-CITTADINI F’MALTA U F’PAJJIZI BARRANIN
Wara li nhar it-Tlieta, 25 t’Awissu, l-Eccellenza Tieghu Il-President tar-Repubblika, Dr. Ugo Mifsud Bonnici, inawgura s-Sala l-gdida tal-Konferenzi f’Palazz Parisio li bhalissa jospista l-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin u ta’ l-Ambjent, fis-27 t’Awissu tnieda l-ewwel Seminar ta’ nofs ta’ nhar bit-tema – Ghajnuna lic-Cittadini f’Malta u f’Pajjizi Barranin - Seminar li ghalih kienu mistiednin l-Agenti ta’ l-Ivvjaggar.
Is-Seminar tratta l-funzjonijiet u s-servizzi li toffri t-Taqsima tal-Protokoll u Affarijiet Konsulari, liema taqsima tinsab fl-istess Ministeru. Is-Seminar kien indirizzat mill-Vici Prim Ministru u Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin u ta’ l-Ambjent, it-Tabib George W. Vella, li spjega kif jopera l-Ministeru b’mod specjali fejn jidhlu servizzi kosulari li kemm ilu Ministru hu, qal li kien hemm diversi cirkustanzi u problemi li ghalihom din it-taqsima kellha taghti l-ghajnuna taghha.
Is-Seminar imbaghad kompla billi dawk prezenti gew indirizzati mis-Sur Alfred Cachia, Kap tat-Taqsima tal-Protokoll u Affarijiet Konsulari, fejn min-naha tieghu ta spjegazzjoni generika ta’ kif tahdem it-taqsima, b’mod specjali b’enfasi fuq it-turist Malti li jkun barra minn Malta u x’ghoddod jista’ juza’ meta jsib ruhu f’diffikulta’. It-tieni kelliem, Is-Sur Lawrence Aquilina, li huwa Ufficjal fl-istess taqsima spjega elementi ta’ natura teknika abinati ma’ hrug ta’ visas u ta lista dettaljata ta’ indirizzi u nformazzjoni relatata li zgur l-agenti ta' l-Ivvjaggar isibuha utli meta jigu biex jghinu lit-turist li jsib xi diffikulta’.
Lejn tmiem is-Seminar iz-zewg kelliema wiegbu fid-dettal mistoqsijiet li saru mill-mistednin u gie miftiehem li jkun hemm aktar koordinazzjoni bejn iz-zewg nahat. Mhux eskluz li aktar ‘il quddiem il-Ministeru jniedi Seminars u laqghat ohra ta’ din ix-xorta sabiex ic-cittadin ikun jista’ jinghata l-ahjar servizz possibbli.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN