GVERN LABURISTA JIEHU HSIEB L-INDUSTRIJALIST IZ-ZGHIR
“Il-politika industrijali tal-Gvern Laburista ghandha spazju shih ghall-industrijalist iz-zghir li ghandu bzonn ghajnuna biex jikkonsolida u jespandi x-xoghol tieghu. Huwa ovvju li biex wiehed ikattar is-sengha tieghu jrid post adegwat minn fejn jahdem.” Dan qalu l-Ministru ghall-Affarijiet Ekonomici u Industrija, Dr. John Attard Montalto waqt okkazjoni fejn giet varata lanca ta’ 22 pied manifatturata f’Malta mill-ahwa Aquilina.
Il-Ministru kompla li l-Gvern, ghalhekk, ippjana li jkun hemm qasam f’xi zoni industrijali riservati ghall-industrijalist iz-zghir. Wiehed mill-oqsma principali huwa f’Hal Far fejn gie ppjanat Tradesmen’s Park b’mija u hamsin plot. Aktar minn nofshom gew digà allokati lil self-employed zghar.
Barra minn dawn il-plots il-Gvern qieghed ukoll ihejji programm biex jghin industrijalisti Maltin billi jipprovdilhom facilitajiet fejn ikunu jistghu jipproducu l-prodotti taghhom fuq livell industrijali. Il-politika gdida taghmel emfasi li l-ghajnuna tinghata mhux biss lil dawk li digà jesportaw izda wkoll lil dawk illi jixtiequ ikabbru l-industrija taghhom biex jibdew jesportaw.
Fost dawk li digà bbenefikaw minn din l-istrategija hemm l-ahwa Aquilina illi l-bierah, fil-prezenza ta’ Dr. Attard Montalto, varaw minn Birzebbugia il-lanca bl-isem “La Valette”. Din il-lanca ta’ 22 pied hija tajba kemm ghas-sajd kif ukoll bhala pleasure boat. Id-ditta digà ghandha wiehed u ghoxrin ordni ghal dghajjes simili. Il-kumpanija ghandha pjani biex tespandi l-operat taghha u tibda tipproduci linji ta’ lanec godda, bl-akbar wahda tkun ta’ 40 pied.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN