IL-PRIM MINISTRU JZUR ERBA’ SKEJJEL LI QED ISIRULHOM XOGHLIJIET ESTENSIVI
Il-Prim Ministru Alfred Sant, akkumpanjat minn Ministri tal-Gvern dalghodu zar erba’ skejjel primarji, sekondarji u post-sekondarji tal-Gvern. Fl-iskejjel ta’ Marsaxlokk, il-kumpless Corradino u l-iskola tas-Snajja ta’ Bighi huma setghu jaraw il-progress li qed isir fuq xoghlijiet ta’ titjib u infrastruttura. F’Bormla imbaghad raw il-progett lest ta’ ghoti ta’ soft tarmac fil-ground ta’ quddiem l-iskola. Dan ix-xoghol kien ilu jintalab ghal diversi snin.
Din hija t-tieni sena li fiha l-Gvern qed iwettaq xoghlijiet estensivi fuq l-iskejjel tieghu wara li dawn kienu ilhom mitluqin sew. Il-progett ghal din is-sena kien jikkonsisti f’xoghlijiet fuq 86 skola b’nefqa totali ta’ Lm3.5 miljuni. Dan ifisser li ghal kull lira li kienet tintefaq f’xoghlijiet ta’ tiswija taht amministrazzjoni Nazzjonalista, Gvern Laburista qed jonfoq tmien liri.
Il-Prim Ministru Alfred Sant qal li Gvern Laburista ser izomm dan l-impenn biex xoghlijiet simili jibqghu ghaddejjin sena wara sena biex l-iskejjel kollha jsiru aktar moderni. Il-hidma tal-Gvern fil-qasam edukattiv ma tikkonsistix biss f’hidmiet strutturali imma wkoll fi progetti ohra li jahdmu fuq il-materjal uman. Fost dawn hemm it-titjib fil-literacy skills, titjib kif jigi organizzat il-kurrikulu kif ukoll impenn favur id-dhul ta’ l-informatika kif ukoll ix-xjenza u t-teknologija.
Impenn iehor qawwi tal-Gvern Laburista kien immirat ghal qasam tal-post- sekondarju. F’dan il-qasam jattendu 1,600 student li ghalqu s-sittax-il sena. S’issa dawn l-istudenti kellhom stipendju ta’ Lm5 fix-xahar. Minn Ottubru li gej, l-istipendju ghal dawn l-istudenti issa ser jitla’ ghal Lm30 fix-xahar.
Kompla ukoll l-impenn favur l-istipendu ghal dawk li jkunu jridu jiehdu sehem fi programmi ta’ studji internazzjonali. Ghal l-ewwel darba z-zghazagh Maltin ser jkunu jistghu jiehdu l-istipendju maghhom meta jmorru jaghmlu xi parti mill-kors taghhom barra minn Malta.
Jakkumpanjaw lill-Prim Ministru kien hemm id-Deputat Prim Ministru Dr. George Vella u l-Ministru ta’ l-Edukazzjoni Evarist Bartolo.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN