Left arrow Mur Lura

IL-MINISTRU MICHAEL FARRUGIA JINAWGURA L-ISPIZERIJA TAL-GVERN TAL-MOSTA

PR1624
Date Icon 30/08/1998

Il-Gvern ghaddej b’riforma estensiva ta’ tmexxija infrastrutturali mifruxa fuq diversi lokalitajiet.  Fl-istess hin qed issir hidma biex jiddahhlu kucetti godda fis-settur tal-kura primarja.


Dan qalu l-Ministru ghas-Sahha, Kura ghall-Anzjani u Affarijiet tal-Familja, it-Tabib Michael Farrugia waqt il-ftuh tal-ispizerija tal-gvern tal-Mosta.


Bil-bidla strutturali li saret ic-cittadnini li juzaw din l-ispizerija mhux ser ikomplu jibilghu d-dhahen tal-karozzi u jistennew barra ghall-elementi tan-natura.


L-ispizerija hija mghammra b’arja kkundizzjonata u l-mahzen ghall-medicini huwa ferm akbar, kif ukoll il-waiting area hija akbar u qeghda taht saqaf.


Barra minn hekk, zdiedet spizjara ohra biex tqassam il-medicini.  Dan ser jghin biex tizdied l-efficjenza fit-tqassim tal-medicini.


Fi ftit xhur ohra huwa mistenni li jinfetah ic-Centru tas-Sahha ta’ Birkirkara, li se jkun jinkorpora fih ukoll spizerija.  B’hekk tittaffa l-pressjoni ta’ xoghol minn fuq ic-Centru tas-Sahha u l-ispizerija tal-Mosta li jaghtu servizz lic-cittadini tat-tramuntana ta’ Malta.


Sadanittant, ghaddej il-progett tat-tkabbir u estensiv kif ukoll introduzzjoni ta’ servizzi godda fic-Centru tas-Sahha ta’ Bormla, li ser jinkuludi fih spizerija tasl-gvern.  Kif jitlesta dan ix-xoghol ser issir bidla strutturali tac-Centru tas-Sahha ta’ Rahal Gdid, halli b’hekk il-pazjenti ma jibqghux jistennew barra.


Il-Ministru Michael Farruiga qal li xi xhur ilu kien waqqaf kummissjoni dwar is-servizzi fis-settur tal-kura primarja.  Din twassal biex ic-centri tas-sahha jkunu kollha miftuha fuq bazi ta’ 24 siegha kuljum u jkun hemm tqassim ahjar tal-haddiema.  Huwa qal ukoll li t-tobba jkollhom hin partikolari meta jkunu fic-centri tas-sahha, halli s-servizz ta’ tabib ikun jistgha jsir aktar personalizzat.


.../...


It-Tabib Michael Farrugia sostna li hemm qbil fuq il-kuncett ta’ tqassim ta’ medicini b’xejn mill-ispizeriji privati fil-kommunita’ mas-setturi koncernati.


Huwa habbar ukoll  li fil-jiem li gejjim ser ikun twettaq il-ftehim kollu li sar ftit ilu mal-Union Haddiema Maghqudin (UHM) u l-Ghaqda tal-ispizjara.


Il-Ministru Micahel Farrugia rringrazzja lil kull minn b’xi mod jew iehor ta sehemu sabiex dan il-progett isir rejalta’ u skuza ruhu ghal xi nkonvenjent li xi whud setghu sofrew f’dan l-ahhar xhur.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow