ELEZZJONIJIET GENERALI 1998
Irtirar ta’ Dokumenti ghall-Votazzjoni
Il-Kummissjoni Elettorali theggeg lil dawk il-persuni li ghadhom ma gabrux id-dokument ghall-votazzjoni taghhom biex jaghmlu dan sa nhar il-Hamis, t-3 ta’ Settembru, 1998.
Id-dokumenti ghall-votazzjoni jridu jingabru personalment wara li tigi pprezentata l-karta ta’ l-identita’ relattiva mill-Ufficcju Elettorali, Evans Building, Misrah Sant’Iermu, l-Belt Valletta, jew ghall-votanti registrati f’Ghawdex, mill-Ufficcju tal-Karta ta’ l-Identita’, ir-Rabat, Ghawdex.
Il-hinijiet li fihom wiehed jista’ jigbor d-dokumenti tal-votazzjoni huma kif gej:
minn nhar it-Tnejn 31 ta’ Awissu sa l-Erbgha, it-2 ta’ Settembu, 1998
mit-8.30 a.m. sas-1.00 p.m. u;
mis-2.00 p.m. sat-8.00 p.m.
Il-Hamis, t-3 ta’ Settembru, 1998 (l-ahhar jum)
mit-8.30 a.m. sas-1.00 p.m. u;
mis-2.00 p.m. sa nofs il-lejl
MINGHAJR ID-DOKUMENT GHALL-VOTAZZJONI HADD MA JKUN JISTA’ JIVVOTA.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN