HSARA FIS-SUBSTATION TAL-YACHT MARINA F’TA’ XBIEX
Il-Korporazzjoni Enemalta tixtieq tavza illi fergha li titma il-Yacht Marina ta’ Ta’ Xbiex gralha hsarat konsiderevoli u dan ikkawza hsara fis-sistema tal-provvista ta’ l-elettriku f’dawk l-inhawi. Ghalkemm qieghed isir kull sforz minn naha tal-Korporazzjoni Enemalta biex il-provvista ta’ l-elettriku tinghata lura fl-inqas zmien possibli, il-hsara li garrbet is-substation jehtigilha xoghol estensiv.
Il-Korporazzjoni hadet mizuri immedjati biex il-provvista ta’ l-elettriku tkun tista’ titwassal fl-inhawi minn fergha ohra izda jista’ jinghata l-kaz li xi konsumaturi ser idumu ma jkollhom il-provvista ta’ l-elettriku.
Il-Korporazzjoni Enemalta tixtieq tiskuza ruha ghal kull inkonvenjent li seta’ gie kawzat lil konsumaturi taghha u tassigura li ghaddejja hidma kontinwa biex tillimita l-perjodu ta’ sospensjoni mill-aktar fiss.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN