Left arrow Mur Lura

Il-MINISTRU PORTELLI JIFTAH “GNIEN IL-MISTRIEH” F’ST. PETER’S

PR1617
Date Icon 28/08/1998

Il-Ministru ghad-Djar u Kunsilli Lokali, is-Sur Alfred Portelli, qal illum li l-Gvern Laburista fis-snin li gejjin fl-Oqsma tad-Djar tal-Gvern se jkun bena 27 gnien madwar il-pajjiz kollu. Huwa qal li dawn il-gonna, li tant huma mehtiega f’pajjiz zghir bhal taghna, se jigu jiswew mal-Lm1,200,000 u se jkunu jkopru spazju ta’ madwar  60,000 metru kwadru. Il-Ministru qal ukoll li filwaqt li tlestew zewg gonna qieghed isir xoghol fuq seba’ gonna ohra.


Is-Sur Portelli qal dan meta l-lejla fetah ufficjalment “Gnien il-Mistrieh” li jinsab fil-Qasam tad-Djar tal-Gvern ta’ St. Peter’s fil-limiti ta’ Haz-Zabbar. Dan il-gnien, bhall- gonna l-ohra, sar mill-haddiema tad-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta’ Djar, fi hdan il-Ministeru ghad-Djar. Dan id-Dipartiment huwa responsabbli mill-gonna kollha li jsiru fl-oqsma tad-djar tal-Gvern.


Il-Ministru Portelli qal li bhalissa qeghdin isiru gonna fil-Fgura, fil-Furjana, fejn se jsiru zewg gonna, f’Hal Ghaxaq, fil-Gudja, f’Ta Bighi, fil-Kalkara, li jinsab fi stadju avvanzat u f’Tal-Pieta’. Huwa qal li din is-sena tlesta l-gnien ta’ Santa Lucia li huwa stess kien fetah ufficjalment f’Marzu li ghadda.


Huwa qal ukoll li kienu ntalbu l-permessi mill-Awtorita’ tal-Ippjanar, li fil-fatt hargu, biex isiru 13-il gnien iehor, f’Birzebbuga, f’Bormla, fi Triq San Gwann, f’Had-Dingli, f’Hal-Lija, fl-Imgarr, fl-Imqabba, fejn se jsiru zewg gonna, f’Zonqor, Wied-il-Ghajn, fin-Naxxar, fejn se jsiru zewg gonna, fis-Siggiewi, f’Santa Venera u f’Santa Lucija, it-tieni fazi.


Il-Ministru qal li ntalab il-permess ukoll ghall- bini ta’ seba’ gonna ohra: fil-Kalkara, f’Hal Luqa, f’San Giljan, fiz-Zejtun, fil-Gharghur u l-Mellieha. Il-Ministru temm jghid li dan ix-xoghol kollu huwa prova tas-serjeta’ li jinsab miexi biha l-Gvern Laburista gdid. “Jghidu li l-poplu jtella’ dejjem il-Gvern li jixraqlu u ghaliex il-poplu Malti huwa poplu serju u habrieki zgur li jixraqlu li jerga’ jkollu jmexxih lill-Gvern Laburista”.


Wara d-diskors l-Ministru ddikjara l-gnien miftuh u l-Kappillan ta’ Haz Zabbar, Dun Anton Cassar, ghamel ic-cerimonja tat-tberik.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow