IL-MINISTRU MICHAEL FARRUGIA JQASSAM ITTRI TA’ HATRA
Il-proceduri tal-promotions u l-appointments li qed jinghataw bhalissa qed jinhadmu b’mod normali u trasparenti u hadd ma ghandu b’xi mod jhedded l-impjieg taghkom. Hadd m’ghandu jaghti kaz theddid li qieghed isir minn certu nies.
Dan qalu l-Ministru ghas-Sahha, Kura ghall-Anzjani u Affarijiet tal-Familja, it-Tabib Michael Farrugia, waqt tqassim ta’ ittri ta’ hatra lil ghadd ta’ impjegati mad-Dipartiment tas-Sahha.
Ghal kull impjieg kazwali, issa li tlesta l-manpower plan, inbeda l-process halli dawn isiru tal-post skond il-manpower plan. Fil-maggor parti taghhom diga’ gew kkonfermati u qeghdin fil-process normali ta’ ingagg.
Il-Ministru Michael Farrugia qal ukoll li fi zmien qasir se johorgu applikazzjonijiet fil-Gazzetta tal-Gvern ghall-konsulenti u promozzjonijiet ghal Senior Registrars mad-Dipartiment halli nersqu aktar vicin lejn rakkomandazzjonijiet internazzjonali.
Ftit tal-granet ilu gew approvati numru ta’ farmacisti kazwali sabiex isiru tal-post u approva wkoll numru iehor ta’ farmacisti sabiex jidhlu bhala kazwali.
Dan ta bidu biex jigi mplimentat il-ftehim li sar xi jiem ilu bejn id-Dipartiment tas-Sahha u l-Union Haddiema Maghqudin (UHM) u l-Kamra tal-Ispizjara sabiex ikun jista jsir tqassim ahjar tal-farmacisti tal-Gvern u Pharmacy Technicians.
../..
Saru wkoll diskussjonijiet dwar il-pjan tal-Gvern sabiex il-medicini b’xejn jibdew jigu mehuda mill-ispizerija privata li jaghzel il-pazjent.
Il-Ministru Michael Farrugia qal ukoll li fit-12 t’Awissu waqt Konferenza Nazzjonali giet diskussa ligi komprensiva u moderna fil-qasam tas-sahha halli b’hekk fis-settur tas-sahha nkunu nistghu nharsu lejn millenju gdid bi strutturi moderni.
Fl-ahhar il-Ministru Michael Farrugia sahaq dwar il-htiega ta’ team work u dwar il-htiega li kulhadd, f’kull grad jahdem f’katina wahda sabiex l-istruttura kollha tkun maghquda. Dan iwassal ghal servizz ta’ kwalita li jgawdi minnu hadd izjed hlief ic-cittadini.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN