Left arrow Mur Lura

SE JINBNEW 117-IL POST GDID BIEX TITTAFFA L-PROBLEMA TAL-HOUSING FIL-BELT

PR1610
Date Icon 27/08/1998

Il-Ministru ghad-Djar u Kunsilli Lokali, is-Sur Alfred Portelli, il-lejla fetah wirja dwar progetti ta’ housing fil-Belt, u l-inhawi ta’ madwar u bnadijiet ohra. Din kienet it-tielet wirja fi zmien tliet gimghat li saru bil-ghan  li jinfurmaw lic-cittadini dwar il-hidma li wettaq u qieghed iwettaq il-Gvern biex itaffi l-problema tal-housing fil-pajjiz. Din il-wirja li qeghda ssir f’St. James Cavalier turi progetti ta’ housing li nbdew jew li se jinbdew fil-Belt Valletta, il-Furjana, il-Hamrun, il-Pieta’, Santa Venera, Birkirkara u anke f’Ghawdex.


F’diskors li ghamel il-Ministru qal li l-Belt Valletta, bhal Kottonera fejn jidhol housing, tbati kwazi mill-istess problemi: nuqqas ta’ spazju u hafna djar sub-standard u b’rizultat t’hekk numru gholi ta’ applikanti ghall-postijiet alternattivi. Huwa qal li mill-Belt biss hemm 321 applikazzjoni ghall-post alternattiv u dan minkejja li f’dawn l-ahhar 22 xahar 66 familja nghataw post mid-Dipartiment jew mill-Awtorita’ tad-Djar.


Huwa fisser li fil-hames lokalitajiet l-ohra li dwarhom tittratta il-wirja, hemm 494 familja li jridu post alternattiv. Huwa qal li f’dawn l-ahhar 22 xahar, 91 familja nghataw post mid-Dipartiment u l-Awtorita’ tad-Djar. Il-Ministru qal li quddiem din il-problema akuta huwa minn kmieni beda jhejji programm kbir ta’ housing u llum jista’ jghid li bejn ix-xoghol li twettaq, li qieghed jitwettaq u dak li hemm mahsub il-Gvern, fis-snin li gejjin, se jkun bena 2,638 post gdid.


Huwa qal ukoll li fil-Belt u l-Floriana biss bix-xoghol li nbeda u b’dak li hemm ippjanat fil-gejjieni qrib, il-Gvern se jkun bena 57 post gdid u dan barra l-bini battal li l-Gvern se jixtri minghand il-privat fil-Furjana. Il-Ministru Portelli mbaghad habbar li l-Kummissjoni Karmenu Mifsud Bonnici kienet identifikat tliet bicciet art f’Birkirkara li fuqha mistennija jinbnew mas-60 post gdid. Il-pjanti ghal dawn il-postijiet qeghdin isiru bhalissa.

../..






Il-Ministru semma l-programm kbir ta’ tiswijiet li saru fi blokki tal-Gvern u anke fi djar ohra mikrija mill-Gvern. Huwa semma li f’dawn l-ahhar 22 xahar fil-lokalitajiet imsemmija  saru 895 bicca xoghol ta’ manutenzjoni fi djar mikrija mill-Gvern u mill-Ufficcju Kongunt. Dan barra xoghol iehor li sar f’Okella Agius, fil-Hamrun, xoghol li  beda fil-Kamrata, il-Belt u xoghol iehor ta’ bdil ta’ galleriji li qieghed isir fil-Furjana hdejn il-Knisja ta’ Sarria. Fl-ahhar huwa semma wkoll il-gnien li se jinbena dalwaqt f’Santa Venera, fil-Qasam tad-Djar tal-Palazz l-Ahmar. Il-Ministru temm jghid li l-figuri kollha fil-housing huma figuri rekord li juru li meta Gvern ikollu bhala bazi l-kuxjenza socjali jaghmel izjed milli mistenni minnu.


Id-diskors tal-Ministru jsegwi.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow