Id-Dipartiment ta’ l-Informazzjoni qieghed jippubblika stqarrija ghall-iStampa ta’ l-Awtorita’ tad-Djar.
Illum 27 ta’ Awwissu 1998.
Stqarrija ta’ l-Awtorita’ tad-Djar b’risposta ghall-kummenti li dehru fil-gurnal ‘In-Nazzjon’ tas-27 ta’ Awwissu 1998, f’pagna 5, taht it-titolu “Ix-Xiri ta’ Propjeta’ mill-Gvern minghand il-Privat – Alfred Sant sfidat jippubblika l-Konvenji”.
L-Awtorita’ tixtieq tigbed l-attenzjoni ghall-diversi inkorrettezzi li johorgu mill-artiklu fuq indikat li jikkwota dak li Dr Eddie Fenech Adami qal f’intervista fi programm fuq Bay Radio.
1. | L-ewwel nett ghalkemm sitt konvenji ma’ 3 persuni gew iffirmati fl-14 ta’ Awissu 1998 u n-negozjati dwarhom kienu ilhom li bdew sa minn Awissu 1997, u ghalhekk kull impressjoni li tinghata mis-sentenza “ u sejjah bhala skandlu l-fatt li l-Awtorita’ ghazlet li tiffirma dawn il-konvenji ftit jiem qabel l-elezzjoni” taghti impressjonijiet li ma humiex korretti u li huma intizi biex jaghmlu hsara u jpoggu f’dell ikrah lill-Awtorita’ ingustament. |
2. | L-istess artiklu citat jisfida lill-Prim Ministru biex “illum jippublika it-tlett konvenji li kienu ffirmati fl-14 ta’ Awissu 1998 kif ukoll l-abbozz ta’ konvenji ohra li kellhom ikunu ffirmati l-bierah fosthom ta’ propjeta’ li kienet ser tinxtara minghand id-Deputati Laburisti Charles Mangion, Charles Buhagiar u Helena Dalli”. |
Dwar dan l-Awtorita’ tirrileva:- a. Illi konvenji ma gewx iffirmati ma’ Elcar Development Ltd u ma’ Giuliana Attard f’isimha u f’isem huha Charles Buhagiar. | |
b. Illi l-bierah ma kellhom jigu ffirmati ebda konvenji . | |
c. Illi s’issa ma thallset l-ebda parti mill-ebda somma lil hadd | |
.../... d. Illi meta l-Awtorita’ tad-Djar organizzat Press Conference fl-24 ta’ Awissu 1998, l-istess Awtorita’ stiednet lill-gurnalisti prezenti (fosthom tal-PBS, Stamperija Indipendenza, RTK, Standard Publications, Allied Malta Newspapers, Rainbow Productions) abiex jekk iridu, jaraw il-files kollha li l-Awtorita’ kellha fir-rigward ta’ din l-Iskema ta‘ xiri ta’ propjeta’ minghand il-privat. Ovvjament fl-istess files hemm il-konvenji u / jew l-abbozz taghhom in kwestjoni. L-istess konvenji ghadhom sal-lum disponibbli sabiex membri ta’ l-Istampa ikunu jistghu jigu jarawhom. Waqt l-istess Konferenza Stampa c-Chairman tal-Awtorita tad-Djar kien qed jikkwota mill-istess konvenji ffirmati mal-Lay Lay Co Ltd u ghall-aktar minn darba ghamilha cara li kien qieghed jaghmel dawn il-files disponibbli ghall-gurnalisti. Ic-Chairman ta’ l-Awtorita’ tad-Djar, fl-istess konferenza li damet madwar saghtejn, stieden lill-dawk il-gurnalisti li riedu jibqghu fil-premises ta’ l-Awtortia’ biex jaraw il-files, sabiex jaghmlu dan. | |
e. Ghar-rigward ta’ dak li jinghad dwar kontenut tal-Konvenji dan jista’ jigi konstatat u ccarat minn min jigi u jezamina l-imsemmija konvenji, kif gia l-Awtorita’ stiednet lill-Press biex taghmel. | |
___________________
Sadanittant, l-Awtorita’ tad-Djar ghaddiet lid-Dipartiment ta’ l-Informazzjoni kopja tal-konvenji li gew iffirmati ma’ tlett persuni fl-14 ta’ Awwissu 1998, flimkien ma’ abbozz ta’ zewg konvenji ohra, li qatt ma gew iffirmati, biex isiru kopji taghhom u jitqassmu lill-iStampa.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN