STQARRIJA TAL-MINISTERU TAL-BIEDJA U SAJD
Filwaqt li prezzijiet tal-haxix frisk huma gholja ghall-konsumaturi tal-pajjizi membri ta’ l-Unjoni Ewropea aktar minn dawk li jhallas il-konsumatur Malti, Il-bdiewa u rahhala tal-pajjizi membri, jgibu prezzijiet ferm anqas minn dawk stabbiliti ghall-bdiewa u rahhala Maltin u Ghawdxin.
Dan qalu l-Ministru tal-Biedja u Sajd Noel Farrugia meta kien qed ikompli jiltaqa’ mal-bdiewa, rahhala u sajjieda Maltin.
Huwa kompla jghid li hija misinformazzjoni meta l-Oppozizzjoni Nazzjonalista tghid lill-bdiewa li jekk Malta ssir membru shih tal-Unjoni Ewropea l-bdiewa jkunu jistghu jesportaw kemm iridu lejn is-swieq tal-pajjizi membri.
Huwa spjega li biex tesporta lejn il-pajjizi membri tal-Unjoni Ewropea jrid ikollok standards ta’ grading gholjin u certifikazzjoni xjentifika tal-prodott; xi haga li ebda Gvern f’dawn l-ahhar 40 sena ma ntroduca fil-gzejjer taghna.
Il-Ministru Noel Farrugia qal li l-aqwa pjan ghall-bidwi Malti huwa li jaqleb ghas-sistema organika. Dan awtomatikament jkun l-aqwa grading tal-prodott, l-aqwa rabta li bidwi jkollu mal-konsumatur u mal-aspett tal-harsien ta’ l-ambjent.
Dan il-valur ghandu jkun l-ghan ewlieni ta’ kull Gvern u ta’ kull socjeta’ li tirraprezenta lill-bdiewa, jekk verament ma rridux nizzufjettaw bil-bdiewa u bil-futur tas-settur u ta’ pajjizna.
Huma ghazliet iebsa sostna l-Ministru Noel Farrugia, izda l-Gvern Laburista beda jindirizzahom bis-serjeta’ u b’impenn mghaggel.
Fost diversi hidmiet il-Ministru semma kif kellu jkun Gvern Laburista biex jghin lill-bdiewa halli l-biegha taghhom fil-Pitkalija ma tibqax tkun esposta ghall-sighat twal fix-xemx meta din tinhatt fil-Pitkalija Centrali.
... / ...
Ghal dan il-ghan sar investiment ta’ Lm 200,000 f’bini ta’ tined godda li akkomodaw ukoll lill-Pitkala u Xerrejja u mahzen sabiex tigi installata l-magna l-gdida tal-hasil tal-kaxxi mill-Pitkali Crates Ltd.
Huwa sostna li filwaqt li l-Oppozizzjoni Nazzjonalista dejjem kkritika lill-Gvern Laburista li vvota flus anqas ghas-settur tal-Biedja kulhadd f’Malta jirrikonoxxi li x-xoghol li sar fil-Pitkalija f’dawn l-ahhar 22 xhar kien ferm aktar minn dak li sar that l-amministrazzjoni Nazzjonalista fl-ahhar 9 snin u nofs.
Matul dawn l-ahhar 22 xhar il-Gvern Laburista wettaq ukoll diversi esperimenti mahsuba biex jghinu lill-bdiewa jibqalhom aktar margini ta’ profitti meta jaqtghu l-ispejjes li jaghmlu biex ikabbru l-ucuh tar-raba taghhom.
Dawn il-valuri sodi huma l-vizjoni moderna li jrid ihaddan il-bidwi u l-ghaqdiet koncernati jekk verament jrid ikollu Gvern li jgib il-quddiem l-ghixien tal-bdiewa, rahhala u sajjieda u tal-familji taghhom.
Huwa zied jghid li ma jistghax jifhem kif matul dawn l-ahhar 22 xhar is-settur tal-Biedja u Sajd ikkontribwixxa b’zieda ta’ 3 miljuni ta’ liri Maltin fil-Prodott Gross Domestiku u fl-istess waqt l-Oppozizzjoni Nazzjonalista tghid li l-fridges tal-familji Maltin u Ghawdxin huma vojta.
Il-Ministru Noel Farrugia temm jghid li Gvern Laburista matul dawn l-ahhar 22 xhar kien ta’ garanzija lis-settur tal-Biedja u Sajd u ghalhekk se jkompli jhaddan valuri sodi u vizjoni moderna sabiex jindirizza b’pass aktar mghaggel il-bidliet sostenibbli li jridu jsehhu fis-setturi.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN