Left arrow Mur Lura

Arrangamenti biex pazjenti fl-Isptarijiet jivvotaw fl-Elezzjonijiet Generali

PR1604
Date Icon 27/08/1998

Id-Dipartiment tas-Sahha jgharraf li, bi qbil mal-Kummissjoni Elettorali, saru dawn l-arrangamenti sabiex il-votazzjoni minn pazjenti fl-Isptar San Luqa, Sptar Boffa, Sptar Monte Karmeli u Sptar Generali t'Ghawdex timxi bl-ordni:


It-tabib konsulent inkarigat mis-sala fl-isptar fejn ikun il-pazjent ser jindika fl-istorja ta' kull pazjent jekk dan jistax johrog mill-isptar biex jivvota u, jekk iva, hux mehtieg li johrog b'ambulanza jew b'xi mezz iehor ta' trasport.


Il-pazjenti jkollhom l-ghazla li jinqdew bis-servizzi li ser joffri d-Dipartiment sabiex jaslu sal-post tal-votazzjoni u lura, jew inkella jaghmlu arrangamenti ma' dawk li jigu minnhom biex iwassluhom sal-post tal-votazzjoni u lura lejn l-isptar.


F'kaz ta' pazjenti li ser iwassluhom qrabathom, ikun mehtieg li dawn l-istess qraba jitolbu permess bil-miktub minn qabel lill-Amministratur Mediku ta' l-isptar li fih hu rikoverat il-pazjent li jigi minnhom.  F'jum il-votazzjoni dan il-permess irid jintwera l-ewwel lis-security officer ta' l-Isptar biex individwu jkollu access ghall-isptar u mbaghad lill-ufficjal inkarigat fl-istess Isptar mit-trasport tal-pazjenti.


Fil-kaz ta' pazjenti li johorgu biex jivvutaw kontra l-parir tat-tabib konsulent jew li ma jehdux il-parir tieghu rigward il-mezz tat-trasport, ikun mehtieg li l-pazjent jiffirma dikjarazzjoni li ghazel li jaghmel hekk fuq responsabbilita' tieghu nnifsu.  Jekk jaghmel hekk ikun jista' jmur b'liema mezz jaghzel.



... / ...

Il-pazjenti huma mfakkra li biex johorgu jivvutaw ghandu jkollhom f'idejhom id-Dokument tal-Votazzjoni.  Qed isiru arrangamenti amministrattivi biex, pazjenti li jixtiequ jafdaw id-Dokument tal-Votazzjoni f'idejn l-awtoritajiet ta' l-isptar, ikunu jistghu jaghmlu dan filwaqt li tigi garantita is-sigurta' ta' dawn id-dokumenti.


Fil-gurnata tal-votazzjoni ma jkunx hemm klinici ta' outpatients, fizjoterapija, ecc. jew tqassim ta' medicini ghall-Out Patients fl-isptarijiet.  Barra minn hekk, ma jithallewx jidhlu vizitaturi fl-isptarijiet fl-ebda hin, hlief f'dawn is-sitwazzjonijiet:


1. il-qraba ta' dawk il-pazjenti li jkunu fil-periklu tal-mewt;

2. l-irgiel ta' nisa li dakinhar helsu jew ikunu fil-hlas;

3. il-genituri ta' tfal li jkunu rikoverati l-isptar kemm fil-wards kif ukoll fid-Dipartiment ta' l-Emergenza; u

  1. persuna wahda ma' kull persuna adulta li tiddahhal fid-Dipartiment ta' l-Emergenza.


Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow