FTUH UFFICJALI TAL-CUSTOMER CARE FID-DIPARTIMENT GHALL-ANJANI - SERVIZZ ANZJAN
Illum gie inawgurat Customer Care Section fid-Dipartiment ghall-Anzjani bl-isem “Servizz Anzjan” mill-Professur Louis Buhagiar, Segretarju Parlamentari ghall-Anzjani.
Id-dipartiment jipprovdi hafna servizzi fosthom Homehelp, Kartanzjan, Incontenence Service, Telecare etc. Ghal hafna snin dawn is-servizzi kienu mferxin f’diversi postijiet. Is-Segretarjat ghall-Anzjani haseb sabiex dawn l-ufficcji jingabru kollha f’post wiehed li jkun facilment accessibli ghall-Anzjani. Dan il-post huwa intenzjonat li jservi bhala One Stop Shop ghall-anzjani.
L-efficjenza tas-servizz pubbliku tista’ titkejjel b’kemm nies jinqdew tajjeb u jkunu sodisfatti mis-servizz li jkunu inghataw. Il-pagi tan-nies li jahdmu fis-servizz pubbliku huma parti sostanzjali mill-budget tal-Gvern u ghalhekk huwa ferm importanti li l-Gvern prezenti jkompli jaghti aktar importanza lejn kif jinqdew ic-cittadini. Wara kollox huma c-cittadini Maltin u Ghawdxin li jikkontribwixxu lejn il-pagi ta’ l-impjegati fid-dipartimenti tal-Gvern. Mhux facli li tbiddel il-mentalita’ izda l-Gvern huwa kommess li dan il-process ikompli u jkun success.
Il-Customer Care - Servizz Anzjan, huwa importanti ukoll ghaliex ghandu r-rwol li jeduka c-cittadini anzjani dwar dawk is-servizzi u beneficcji li huma provduti lilhom mill-Gvern.
L-Onor. Louis Buhagiar awgura li dan il-post centralizzat ikun ta’ sodisfazzjon ghall-klijenti anzjani.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN