STQARRIJA WARA RAPPORT DWAR L-OPERAZZJONI GHAT-THAFFIR GHAZ-ZEJT F’KERCEM
L-artiklu intitolat “It-Thaffir Wieqaf” li deher fl-ahhar pagna tal-gazetta ‘In-Nazzjon’ tas-26 ta’ Awissu 1998, ighid fost affarijiet ohra, li skart perikoluz mit-thaffir fil-bir “Madonna taz-Zejt” qieghed jintrema f’barriera f’Ghawdex. Il-Gvern jichad kategorikament din ix-xniegha oxxena u jzomm id-dritt li jiehu passi legali dwarha.
Ir-rimi ta’ skart mit-thaffir hu maghmul minn bicciet ta’ gebel li hi materja inerta u ta’ ebda periklu ta’ tniggis. Dan ir-rimi ta’ skart hu awtorizzat mill-Awtorita’ ta’ l-Ippjanar u qed isir f’barriera li ghandha il-licenzja mehtiega ghal dan il-ghan. Il-pubbliku ghandu jkun jaf ukoll li l-ebda materjal tossiku ma gie impurtat f’Malta biex jintuza fit-thaffir tal-bir f’Ghawdex.
Preparamenti biex il-bir jithaffer aktar minn 5000m saru u t-thaffir qed ikompli bla ebda diffikulta’ f’fond ta’ 4005m. L-ewwel reservoir fejn jista’ jkun hemm iz-zejt mistenni jintlahaq ma jdumx. Sadanittant il-kumpanija li qed thaffer il-bir qieghda taghmel preparamenti biex tibghat Malta taghmir specjali minn Ravenna biex jittestja l-bir.
Ir-rizultati preliminarji ta’ l-analisi tal-bitumen li nstab fil-bir ikkonferma il-prezenza ta’ zejt (hydrocarbon) fis-sistema tal-fluidi geologici. Dawn ir-rizultati, kif ukoll il-progress avvanzat tat-thaffir, kienu krucjali ghad-decisjoni li jsiru il-preparamenti mehtiega biex it-tahfir ikun jista’ jinzel aktar fil-fond.
Il-preparamenti kollha gew implimentati mill-kuntrattur fuq il-bazi ta’ l-esperjenza estensiva li ghandu fit-thaffir u bl-uzu ta’ l-ahjar teknologija li hawn.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN