Left arrow Mur Lura

FONDAZZJONI HBIEB SPTAR SAN LUQA TIFFINANZJA R-RESTAWR TAL-KAPPELLA TA’ L-ISTESS SPTAR

PR1583
Date Icon 25/08/1998

Il-Fondazzjoni Hbieb ta’ l-Isptar San Luqa qed tiffinanzja r-restawr kollu li qed isir bhalissa fil-kappella ta’ l-istess sptar.


Id-dawl fil-kapella kien wiehed antik u ma kienx jiflah aktar qawwa.  Ghalhekk inhass li s-sistema kellha tinbidel ukoll.


Il-Ministru ghas-Sahha, Kura ghall-Anzjani u Affarijiet tal-Familja, it-Tabib Farrugia zar ix-xoghol li kien qieghed isir minn kuntratturi privati.  Bhalissa qieghed isir xoghol fuq id-dawl tal-kappella.  Ix-xoghol mistenni jkun lest ma’ l-ewwel gimgha ta’ Ottubru li gej sabiex tintuza ghall-ewwel darba ghall-festa ta’ San Luqa li tigi ccelebrata fit-18 ta’ Ottubru.  Temporanjament is-servizzi tal-quddiesa qed jigu moghtija minn sala fl-Institute of Health Care.


Il-Fondazzjoni Hbieb ta’ l-Isptar San Luqa diga’ kienet ghenet lill-pazjenti fl-isptar permezz ta’ ghotja ta’ zewg monitors u zewg video recorders.  Dawn qed jigu uzati fid-Dipartiment ta’ l-Emergenza.  Hemm il-hsieb li fil-futur jibdew joffru servizz ta’ trolley service fejn jibdew jinbieghu gazzetti u xi oggetti zghar ohra.


Mistoqsi mill-gurnalisti dwar l-uzu ta’ l-Isptar San Luqa meta jinfetah l-isptar il-gdid f’Tal-Qroqq, il-Ministru Michael Farrugia qal li se jkun hemm pjan ibbazat fuq tliet kuncetti.


L-ewwel kuncett se jkun jaqdi lill-persuni b’disabilta’ li jkunu tilfu l-genituri taghhom u se jkunu jistghu jsibu kenn u saqaf fuq rashom.  L-Isptar San Luqa se jkun jista joffri wkoll rijabilitazzjoni ghac-cittadini kollha irrispettivament mill-eta’.  Servizz iehor se jkun ghal dawk l-anzjani li jkunu social cases u ma jkollhom lil hadd min jiehu hsiebhom.


Il-Ministru Michael Farrugia qal ukoll li l-kcina ta’ l-isptar hija lesta u diga’ nbeda xoghol fuq diversi progetti li jinkludu fost ohrajn tibdil tal-mains tad-drenagg, il-fever unit gdida, l-istaff quarters, sala M7, tkabbir tar-renal unit u l-Coronary Intensive Care Unit (CICU).  



. . . / . .

Ma’ dan it-tibdil kollu xorta wahda baqa’ jinxtara apparat modern u ta’ l-ahhar teknologija sabiex il-pazjenti jkunu jistghu jkunu moqdija ahjar u s-servizz ikun aktar efficjenti.  Dawn jinkludu apparat tal-urodynamics, sleep lab, magna li tnehhi t-tbajja fil-wicc kif ukoll renal dialysis machines godda.  Bis-servizzi godda u bl-apparat gdid li qed jinxtara, pazjenti Maltin u Ghawdxin qed ikunu moqdija ahjar u f’kazijiet minnhom qeghdin jew ser jinghataw servizz hawn Malta stess minnflok isiefru barra ghall-kura.


It-Tabib Michael Farrugia qal li l-isptar tal-Qroqq se jibda jilqa’ l-ewwel pazjenti f’April tal-2001.  It-transfer tal-pazjenti u s-servizzi se jigu staggered, u sakemm is-swali jkunu qed jizvujtjaw jinghata bidu ghat-tibdil necessarju kollu sabiex l-Isptar San Luqa jkun kollu kemm hu mmodernizzat u disability friendly.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow