STQARRIJA MILL-MINISTERU TA’ L-AFFARIJIET BARRANIN U TA’ L-AMBJENT
Il-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin u ta’ l-Ambjent jirreferi ghal dak li ntqal fil-gurnal “In-Nazzjon” ta’ l-24 t’Awissu 1998 fuq l-allegazzjoni li l-Impjant ta’ Sant’ Antnin qed jarmi rwejjah insapportabbli u li l-Gvern mhux qed jaghti widen ghall-ilmenti tar-residenti.
Id-Dipartiment ta’ l-Ambjent jichad b’mod kategoriku li qed jigri dan. Dan jixhdu l-istess Joe Psaila Savona, kelliem ghall-Partit Nazzjonalista, li qal li l-irwejjah mill-Impjant tar-Riciklagg “m’ghadhomx jezistu”, ghalkemm allega li dan kien qed isir ghax l-Impjant qed jipprocessa ammonti ta’ skart kwazi negligibbli.
Id-Dipartiment ta’ l-Ambjent ifakkar li jekk kien hemm Gvern li ma tax widen ghall-ilmenti tar-residenti ta’ Wied il-Ghajn kien Gvern Nazzjonalista li ghal disa’ snin shah mhux biss ma tax widen ghall-ilmenti kontinwi tar-residenti, izda talli, daqqa taht skuza u daqqa taht ohra, ghadda biz-zmien lir-residenti.
Ghal min konvenjentament nesa, infakkru li l-inkonvenjenzi u t-tbatija tar-residenti ta’ l-inhawi kollha ta’ Wied il-Ghajn tant kienu kbar u kontinwi li l-ewwel ressqu petizzjoni iffirmata minn mijiet ta’ residenti u wara, meta l-Gvern Nazzjonalista gie jaqa’ u jqum mit-tbatija taghhom, hargu jipprotestaw fit-toroq ghal tliet darbiet. Dan zgur li jiftakru s-Sindku ta’ Wied il-Ghajn li dak iz-zmien kien Kunsillier. Forsi dak iz-zmien is-Sindku tal-lum, ghal xi raguni jew ohra ma hassx li kellu jilmenta u wisq anqas jipprotesta.
Id-Dipartiment jerga’ jtenni li s-sistema ECOPOD hija biss esperiment li issa ilha tiffunzjona minn Jannar ta’ din is-sena. L-esperiment qieghed taht prova, u kif wieghed Dr. George Vella kemm -il darba, decizjoni finali tittiehed meta l-inkonvenjenzi, anke jekk zghar, jigu eliminati ghal kollox.
Min qed jipprova jitfa’ dubju dwar is-success tas-sistema, barra milli jaghmlu ghal skopijiet ulterjuri, certament li mhux qed jaghti servizz lir-residenti.
Din hija problema li qed tigi meghluba u dan huwa fl-interess ta’ kulhadd. Min verament ghandu ghal qalbu l-interess tar-residenti ghandu jaghti l-koperazzjoni shiha tieghu u mhux ifixkel.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN