ELEZZJONIJIET GENERALI 1998
PR1580
25/08/1998
Il-Kummissjoni Elettorali tfakkar lil dawk il-familjari jew persuni li rcevew id-dokument tal-vot ghan-nom ta’ xi qraba jew persuni ohra illum residenti fir-Residenza San Vincenz de Paule, li dawn ghandhom jassiguraw li dan id-dokument tal-vot jinghata lil dan jew din il-persuna mhux aktar tard minn nhar il-Hadd 30 t’Awissu, 1998. Dan hu necessarju sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ taghmel il-preparamenti u verifiki mehtiega sabiex tassigura li dawk ir-residenti kollha registrati fir-Residenza San Vincenz de Paule jkunu jistghu jezercitaw id-dritt tal-vot kif titlob il-ligi.
Il-Kummissjoni tfakkar ukoll li persuni registrati bhala residenti fir-Residenza San Vincenz de Paule jistghu jivvutaw biss fl-istess Residenza.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN