Left arrow Mur Lura

L-AMBAXXATUR TA’ MALTA GHALL-POLONJA JIPPREZENTA L-KREDENZJALI

PR1577
Date Icon 25/08/1998

L-Ambaxxatur Carmel J. Aquilina, fl-20 ta' Awissu, 1998 pprezenta l-kredenzjali tieghu lill-President Aleksander Kwasniewski bhala Ambaxxatur ta' Malta ghall-Polonja, L-Ambaxxatur Aquilina li hu residenti f'Bonn, il-Germanja, kien akkompanjat mis-Sur Ray Scalpello, Tieni Segretarju fl-Ambaxxata Maltija f'Bonn, u mill-Konslu Onorarju ta' Malta fil-Polonja, Ms Krystyna Maria Mikulanka.


Fil-laqgha li l-Ambaxxatur Aquilina kellu mal-President Kwasniewski wara c-cerimonja tal-kredenzjali, gew diskussi r-relazzjonijiet bejn Malta u l-Polonja u l-linji tal-politika barranija taz-zewg pajjizi, specjalment f'dak li jirrigwarda l-Ewropa.  Il-President Kwasniewski talab ukoll l-Ambaxxatur Aquilina biex iwassal it-tislijiet u l-awguri lill-President u l-poplu ta' Malta.  Ghal din il-laqgha l-President Pollakk kien assistit mis-Sotto Segretarju ta' l-Istat fil-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin, Mr Grudzinski u minn ufficjali gholja tal-Presidenza.


Waqt iz-zjara tieghu f'Varsavja, l-Ambaxxatur Aquilina kellu wkoll diversi laqghat ufficjali, fosthom mall-Vici Ministru ta' l-Affarijiet Barranin, Radoslaw T. Sikorski, mal-Vici President tas-Senat, man-Nunzju Apostoliku bhala Dekan tal-Kap Diplomatiku u ma' ufficjali gholja tal-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin.  F'dawn il-laqghat gew diskussi r-relazzjonijiet bilaterali fl-aspetti politici, ekonomici u kulturali u kif dawn jistghu jigu zviluppati.


Il-bierah wara nofs-in-nhar, l-Ambaxxatur Aquilina pogga kuruna ta' fjuri fuq il-qabar tal-"Unknown Soldier", fic-centru ta' Varsavja, f'cerimonja li fiha ndaqq ukoll l-Innu Malti minn Banda Militari Pollakka.  Aktar kmieni matul il-jum l-Ambaxxatur Aquilina attenda ghall-funeral u ltaqa' mal-familjari ta' Sister Elise Xerri li mietet f'incident tat-traffiku f'Varsavja,  il-gimgha li ghaddiet.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow