Left arrow Mur Lura

LM 130 MILJUN LIRA F’INVESTIMENT GHALL-PROGETT TA’ MANOEL ISLAND U TIGNÈ

PR1574
Date Icon 25/08/1998

Il-Prim Ministru Alfred Sant u Ministri tal-Gvern dalghodu zaru l-inhawi fejn Gvern Laburista Gdid se jwettaq il-progett ta’ Manoel Island u Tignè bil-ghan li jinholqu impiegi godda u attività kummercjali akbar.


Il-progett kollu ta’ Manoel Island u Tignè se jinvolvi investiment  ta’              Lm 130 miljun. L-investiment se jkun gej kollu mis-settur privat Malti u jkun  maqsum fuq perjodu ta’ ghaxar snin. Dan ifisser prorata ta’ madwar 11-il miljun lira ta’ investimenti dirett mis-settur privat fl-ekonomija ta’ Malta.


Matul l-process ta’ zvilupp ser jkun hemm mas-600 ruh involuti direttament. Hu mahsub li bil-kummerc li jizviluppa wara, jinholqu wkoll oqsma ohra ta’ kummerc.


MANOEL ISLAND


Waqt iz-zjara tal-Prim Ministru kien prezenti n-Nutar Charles Mangion li mexxa n-negozjati dwar Manoel Island ghan-naha tal-Gvern. Huwa spjega li f’Ottubru 1996 kienu sabu l-progett wieqaf ghal kollox.


Il-Gvern Laburista dahal ghall-progett u tul l-ahhar zminijiet lesta ukoll l-abbozz tal-ftehim. Skond dan il-ftehim, l-izvilupp  kollu residenzjali u kummercjali  li ser jittiehed ser jkun biss  ta’ 29 % ta’ l-area kollha. Il-kumplament ta’ l-area ser tigi restawrata u rrangata biex titgawda mill-pubbliku kollu.


L-areas pubblici ser jkunu b’cens temporanju u l-Konsorzju qed jkun marbut  li jzomm ukoll l-manutenzjoni kurrenti tax-xoghlijiet li jkunu saru.


In-Nutar Charles Mangion qal li mhux eskluz li saz-zmien tal-ftehim finali jidhlu wkoll xi interessi barranin.


... / ...


TIGNÈ


Il-Progett ta’ Tignè ser ikun jikkonsisti f’bini residenzjali, kummercjali u turisitku. Il-Prim Ministru Alfred Sant qal li x-xoghol li ser jsir, ser  jkun qieghed jitwettaq fuq perjodu ta’ bejn  ghaxra u tnax-il sena. Ix-xoghol jalterna minn xoghol fuq Manoel Island u ghal xoghol fuq Tignè.


Il-Prim Ministru qal li f’Tignè ser jkun hemm facilitajiet turistici godda, fosthom il-bini ta’ centru ta’ negozju  gdid li jkun kumplimentari ma’ Tas-Sliema. Il-progett ta’ Tignè jorbot ukoll mal-progetti l-ohra li ser jitwettqu mill-Gvern Laburista Gdid fil-Belt Valletta u l-Kottonera.


Dr. Sant qal li l-progett ta’ Tignè jista’ jigi mqabbel mal-bini ta’ lukanda ta’ Lm 6 miljuni kull sena ghal tnax-il sena. Huwa habbar li l-Konsorzju ser jipprovdi lir-residenti li baqghu hemmhekk, u li ma kinux accettaw l-offerta ta’ Gvern Nazzjonalista biex jitilqu minn djarhom, akkomodazzjoni f’site sabiha hafna  fil-kumpless il-gdid. Qal li anke l-facilitajiet sportivi ezistenti ser jibqghu kollha fil-post,  u jibqghu jigu mantnuti.


Jakkumpanjaw lill-Prim Ministru kien hemm l-Ministri George Vella, Joe Debono Grech u Karmenu Vella.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow