TWAQQIF TAL-HOST FAMILY ASSOCIATION
Il-Perit Karmenu Vella, Ministru tat-Turizmu u Self-Employed ferah lill-Host Families Association li twaqqfet ufficjalment nhar il-Hamis, 20 ta’ Awissu 1998.
Il-Host Families huwa qasam turistiku mportanti li jiehu hsieb joffri akkomodazzjoni lil studenti barranin li jigu f’pajjizna biex jitghallmu l-Ingliz fi skejjel apposta. Dawn il-familji jilqghu lill-istudenti barranin f’ambjent tipiku Malti u jafu juru l-hajja ta’ kuljum tal-familja Maltija.
Ghalkemm il-Host Families m’ghandhomx l-istess responsabbiltajiet bhall-operaturi tal-lukandi jew ta’ guest houses, m’ghandhomx iharsu biss lejn l-aspett kummercjali ta’ l-akkomodazzjoni li joffru.
Fil-maggoranza, il-Host Families joffru servizz tajjeb u jaghmlu reklam tajjeb ghal Malta. Madankollu jezistu dawk li jabbuzaw u jkunu l-kagun li studenti jmorru lura pajjizhom b’toghma hazina u b’idea zbaljata tal-Maltin.
Hemm bzonn li dawn il-ftit jifhmu l-hsara li qed jaghmlu u jtejjbu s-servizz li qed joffru. Jekk dan ma jsehhx allura rridu nizguraw li dawn ma jibqghux joperaw aktar f’dan is-settur.
Irid jiddahhal sens ta’ auto-dixxiplina; l-ewwel, ghandu jkun l-individwu stess li jara li jkollu kollox kif ghandu jkun, it-tieni li l-Host Family Association permezz ta’ kodici ta’ etika li fi hsieba tfassal fil-futur qrib, taghmel monitoring u tiddixxiplina l-membri u t-tielet, li l-Gvern, bil-mezzi tal-ligi jizgura li l-abbuzi jinqatghu.
Il-Host Families huma settur importanti ta’ l-industrija tat-Turizmu li minnha jibbenefikaw hafna nies, mhux biss direttament izda wkoll indirettament. Ma jistax ikun li minhabba ftit irresponsabbli nipperikolaw l-investiment kollu li sar min tant nies, kif ukoll l-ghixien ta’ tant haddiema f’din l-industrija.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN