ELEZZJONIJIET GENERALI 1998
PR1569
24/08/1998
Dokumenti ghall-Votazzjoni mhux imqassma
Il-Kummissjoni Elettorali tgharraf illi dawk il-votanti li ma rcevewx id-dokument ghall-votazzjoni taghhom jistghu jirtiraw l-imsemmi dokument billi jmorru personalment fl-Ghassa tal-Pulizija tal-lokal fejn l-eletturi huma registrati bhala votanti fir-Registru Elettorali ta’ April 1998. Il-granet li fihom jista’ jsir il-gbir tad-dokument ghall-votazzjoni, li minghajru hadd ma jkun jista’ jivvota, huma hekk:
Minn nhar il-Erbgha, is-26 sa nhar is-Sibt, id-29 ta’ Awissu, 1998
mit-8.30 a.m. sas-1.00 p.m. u mit-3.00 p.m. sat-8.00 p.m.
Nhar il-Hadd, it-30 ta’ Awissu, 1998
mit-8.30 a.m. sas-1.00 p.m.
Peress illi fil-lokalitajiet ta’ Iklin, Lija, Pembroke, Pieta’, Swieqi u Ta’ Xbiex m’hemmx Ghassa tal-Pulizija, id-dokumenti ghall-votazzjoni jistghu jigu rtirati mill-Ufficcju tal-Kunsill Lokali fl-istess granet u hinijiet.
Huwa importanti li votant ghandu jmur PERSONALMENT biex jirtira d-Dokument ghall-Votazzjoni u ghandu jipprezenta l-karta’ ta’ l-identita’ tieghu.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN