Left arrow Mur Lura

IL-PRIM MINISTRU IZUR PROGETTI GODDA LI SE JWETTAQ GVERN LABURISTA GDID F’GHAWDEX

PR1567
Date Icon 22/08/1998

Il-Prim Ministru Alfred Sant u Ministri tal-Gvern dalghodu zaru progetti ewlenin li Gvern Laburista Gdid se jkun qieghed iwettaq f’Ghawdex wara l-Elezzjoni tal-5 ta’ Settembru, bil-ghan li jinholqu impiegi godda u attivita’ kummercjali akbar fil-gzira Ghawdxija.


Il-Prim Ministru zar il-progett tal-bir ‘Madonna taz-Zejt’ f’Kercem,  l-art f’ta Xhajma fejn hemm ippjanat progett ghal-Zona Industrijali gdida ghas-self employed iz-zghir f’Ghawdex, l-Imgarr fejn bhalissa ghaddej it-twettiq tal-Master Plan tad-drenagg  f’Ghawdex u Hondoq ir-Rummien f’Ghawdex fejn Gvern Laburista Gdid ser jibni Yacht Marina ewlenija fil-Gzira Ghawdxija



Yacht Marina f’Hondoq ir-Rummien



Il-progett tal-yacht marina f’Ghawdex se jinbena fil-barriera ezistenti u jersaq fil-genb biex il-bajja ta’ Hondoq ir-Rummien tibqa’ mhux mittiefsa u jigi mhares l-ambjent naturali ta’ l-inhawi. Il-barriera se tkompli tigi imhaffra biex imbaghad tigi mimlija bl-ilma bahar u tipprovdi spazju ghal aktar minn erba’ mitt yacht f’dak il-post li issa hu mirdum, u parti minnu hija barriera, waqt li min-naha l-ohra jkun hemm il-bajja li tibqa’ hemmhekk u tissebbah aktar.


Dr. Sant semma kif il-progett tal-yacht marina f’Ghawdex ser johloq 400 impieg gdid bl-attivita’ kummercjali gdida li tohloq il- yacht marina f’Hondoq Rummien. Igib ukoll negozju tal-provisti tal-jottijiet u tat-tiswija tal-jottijiet illi jorbot ma’ l-izvilupp turistiku f’Ghawdex; f’dan il-qasam fejn hemm bzonn li Ghawdex ikollu aktar turisti li jmorru joqoghdu hemmhekk ghal tul ta’ zmien.



... / ...

Il-Yacht marina gdida ta’ Hondoq ir-Rummien  mhux biss taghmel din il-haga possibbli, imma anke tghin biex jigu zviluppati Casino u Golf Course godda f’Ghawdex. It-turisti ma jibqghux jigu gurnata wahda biss f’din il-Gzira, imma jigu biex joqoghdu aktar jiem u dawk li jkollhom il-jotts, ikollhom il-bazi taghhom f’Ghawdex . Il-Prim Ministru qal li dan irid ikun pjan integrat illi jhares l-ambjent naturali.


Il-Gvern Laburista gdid huwa impenjat li jaghmel mill-Yacht Marina  f’Hondoq ir-Rummien wahda ewlenija fil-Mediterran, l-istess bhalma hemm fi gzejjer ohrajn fil-Mediterran fosthom f’Sardinja, Sqallija, Cipru u pajjizi ohra fil-Mediterran.


L-Awtorita` Marittima identifikat hames postijiet f’Ghawdex meqjusin bhala l-ahjar ghall-izvilupp ta’ yacht marina gdida. Kull post tqies f’termini tal-vantaggi u l-izvantaggi specifici tieghu fuq konsiderazzjonijiet teknici, ambjentali, socjali, ekonomici u tas-swieq. L-Awtorita` Marittima ghazlet Hondoq ir-Rummien bhala l-aktar post xieraq skond dawn il-konsiderazzjonijiet, b’mod partikolari il-harsien ta’ l-ambjent naturali ta’ Ghawdex.



Zona Industrijali ghall-Imprizi z-Zghar f’Ta Xhajma



Il-Prim Ministru  zar ukoll iz-Zona Industrijali ghall-Imprizi z-Zghar f’Ta Xhajma li hija mahsuba biex tipprovdi spazju xieraq ghall-attivita’ industrijali ta’ dimensjoni zghira gewwa Ghawdex. Hemm domanda kbira ghal dan l-ispazju. Dan il-progett ser jipprovdi ukoll soluzzjoni ghal problema li jiffaccjaw imprendituri ndustrijali zghar li jahdmu fl-abitat.


Is-sit ikopri izjed minn 48 tommna art. Fuqha ser jkunu jistghu jinbnew izjed minn mitt fabbrika ta’ daqs bejn 200 u 250 metri kwadri bil-possibilita ta’ fabbriki akbar ukoll. Il-plots jinghataw b’cens temporanju ghal 65 sena. Il-plot jigi accettat mill-banek bhala garanzija ghal self.


Il-Prim Ministru  qal li dan il-progett jorbot mal-politika tal-Gvern Laburista li jaghti nifs gdid lis-settur privat f’Ghawdex.



... / ...




Master Plan tad-Drenagg f’Ghawdex


F’Ras il-Hobz fejn qed isir il-progett tad-drenagg ghal Ghawdex, il-Prim Ministru  qal li  l-progett huwa ta’ fejda kbira ghall-ambjent tal-Gzira Ghawdxija.


Bhalissa ghaddej xoghol fuq it-tqeghid ta’ outfall fil-bahar li ghandha tiggarantixxi li l-kwalità ta’ l-ilma bahar fl-inhawi ta’ Ras il-Hobz, fejn jintrema l-ikbar volum tad-drenagg f’Ghawdex, tkun konformi mad-direttivi ta’ l-Unjoni Ewropea dwar il-kwantità ta’ l-ilma ghall-ghawm. Dan ix-xoghol jinvolvi t-tqeghid ta’ katusi kbar li jibqghu hergin ghal 150 metru fil-bahar f’fond ta’ 75 metru.


B’hekk il-bajjiet ta’ Imgarr ix-Xini u x-Xatt l-Ahmar ikunu mehlus mit-tniggiz tad-drenagg kif hafna drabi ikunu sal-lum. Dawn ix-xogholijiet li jiswew mat-Lm300,000 mistennija li jkunu lesti fil-bidu tax-xahar id-diehel.


Bhalissa qed jithejja ukoll l-Environmental Impact Assesment ghat-twaqqif ta’ impjant ghat-tisfija tad-drenagg. Dan l-istudju ghandu jkun lest sa l-ahhar ta’ din is-sena. Dan l-impjant huwa wkoll parti mill-Master Plan  tad-drenagg u ser jkompli jkabbar il-fejda tal-progett kollu ghall-ambjent Ghawdxi, ghax id-drenagg li jigi ttrattat mill-impjant ikun jista jintuza ghat-tisqija fil-qasam tal-biedja.


Sadanittant fil-prezent qed issir evalwazzjoni ta’ offerti ghat-tqeghid ta’ relief mains fir-Rabat, f’Ghajnsielem, fil-Qala u f’Sannat. Ix-xoghlijiet fuq dawn il-mains  mistennija jibdew iktar tard din is-sena.


Jakkumpanjaw lill-Prim Ministru f’Ghawdex kien hemm l-Ministri George Vella, Joe Mizzi u John Attard Montalto, is-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex Anton Refalo u l-Perit Karmenu Borg M.P.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow