STQARRIJA MILL-MINISTRU TAL-FINANZI U KUMMERC L-ONOR LEO BRINCAT
B’referenza ghall-istqarrija ghall-istampa mahruga mill-Ufficcju Informazzjoni tal-Partit Nazzjonalista llum, 21 ta’ Awissu, 1998, irid jinghad li l-allegazzjoni li fiha l-istess stqarrija li l-Gvern Laburista se jdahhal taxxa ta’ 21 fil-mija fuq il-prodotti lokali hi hrafa li l-ghan taghha hu biss li tqarraq bil-poplu.
M’hu veru xejn li l-Gvern Laburista jrid b’xi mod idahhal xi taxxa gdida ta’ 21 fil-mija fuq prodotti lokali jew li b’xi mod il-Gvern Laburista diga’ intrabat ma xi hadd dwar dan. L-anqas m’hu veru li l-Gvern Laburista ntrabat ma xi hadd li jnehhi l-levies.
Kif gie spjegat kemm-il darba pubblikament, skond il-politika dikjarata tieghu ta’ ftehim dwar Zona ta’ Kummerc Hieles ma’ l-Unjoni Ewropea, l-Gvern Laburista qed jipproponi li, f’perjodu ta’ bejn tlieta u seba’ snin kif miftiehem minn qabel ma’ l-Unjoni Ewropea u b’konsultazzjoni shiha mal-Korpi Kostitwiti u l-Unions, titnehha gradatament is-sistema tal-levies u minnflokha tiddahhal gradatament fuq l-istess medda ta’ snin sisa ta’ 15 fil-mija fuq il-valur fil-fabbrika ta’ prodotti mahdumin f’Malta ghas-suq lokali. Minn din is-sisa tkun trid titnaqqas il-15 fil-mija sisa li tkun diga’ thallset fuq materjal industrijali, li jintuza ghal produzzjoni ta’ dawn il-prodotti, qabel ma’ dan tohrog mid-Dwana.
Ghall-kuntrarju ta’ dak li qed jipproponi li jaghmel il-Gvern Laburista, kien il-Gvern Nazzjonalista precedenti li kkommetta ruhu ma’ l-Unjoni Ewropea li sa’ l-ahhar tas-sena 1996 kellu jnehhi nofs il-levies ezistenti. Fil-fatt, minkejja l-pressjoni li saritlu mill-istess Unjoni Ewropea minhabba dak li ghalih kien diga’ ikkommetta ruhu il-Gvern Nazzjonalista precedenti, il-Gvern Laburista baqa’ jsostni li l-levies ghandhom jibqghu u ghandhom jitnehhew biss fi zmien seba’ snin wara li jintlahaq ftehim dwar Zona ta’ Kummerc Hieles ma’ l-Unjoni Ewropea. Kif mistenni, dwar dan, l-istqarrija tal-Partit Nazzjonalista ma’ tghid xejn minkejja li jezistu dokumenti li juru dan. Dan ghaliex l-istqarrija tal-Partit Nazzjonalista ma jinteressahiex fil-verità.
..2/..
2.
Bhala parti mill-politika dikjarata tieghu dwar Zona ta’ Kummerc Hieles ma’ l-Unjoni Ewropea, u ghax irid jghin bis-serjeta’ lill-industrija Maltija li tipproduci ghas-suq lokali, il-Gvern Laburista dahhal sisa ta’ 15 fil-mija fuq il-valur CIF ta’ prodotti lesti importati, filwaqt li heles mill-istess sisa hafna mill-materjal u taghmir industrijali li jintuza’ fil-produzzjoni ta’ prodotti mahdumin f’Malta ghas-suq lokali. Kulhadd jaf, inkluz il-Partit Nazzjonalista, li dawn il-mizuri ta’ protezzjoni, li l-Gvern Laburista qed jiddikjara minn issa ma’ l-Unjoni Ewropea u ma’ kulhadd li jrid izomm ghas-seba’ snin li gejjin, u li l-Gvern Nazzjonalista minn jheddu kien qabad u nehha minghajr konsultazzjoni ma’ hadd, ma jistghux jibqghu taht ftehim ta’ shubija ma’ l-Unjoni Ewropea, hu ta’ liehma xorta hu, inkluz shubija shiha kif irid l-istess Partit Nazzjonalista. Izda, kif mistenni, l-istqarrija tal-Partit Nazzjonalista ma’ tghid xejn dwar dan, ghax l-istqarrija tal-Partit Nazzjonalista ma jinteressahiex fil-verità.
Izda l-Gvern Laburista ma waqafx hawn. Konxju tal-htiega tar-ristrutturazzjoni ta’ l-industrija Maltija li jehtieg issir, anke li kieku kellu ma jintlahaqx ftehim ma’ l-Unjoni Ewropea dwar Zona ta’ Kummerc Hieles, il-Gvern Laburista diga’ warrab 20 fil-mija tad-dhul li ghamel mill-beigh tal-ishma tat-Telemalta (illum Maltacom) filwaqt li diga’ talab ukoll fondi mill-Unjoni Ewropea sabiex tkun tista’ tinghata l-ghajnuna mehtiega ghar-ristrutturazzjoni ta’ l-industrija Maltija. Il-Gvern Laburista, bil-partecipazzjoni shiha tal-Korpi Kostitwiti, diga’ waqqaf ukoll l-Isititut ghall-Promozzjoni tal-Intraprizi Zghar (I.P.S.E.) li ser ikun l-organu ewlieni li jiehu hsieb il-process ta’ ristrutturazzjoni tal-industrija lokali. Minkejja li l-Gvern Nazzjonalista precedenti kien diga’ kixef lill-industrija lokali ghall-kompetizzjoni ta’ prodotti importati lesti u kien ukoll diga’ intrabat li sa l-ahhar tas-sena 1996 jzarma nofs is-sistema tal-levies, la kien haseb biex iwaqqaf il-makkinarju mehtieg biex imexxi l-process ta’ ristrutturazzjoni u wisq inqas warrab xi fondi ghall-ghajnuna ta’ l-industrija lokali. Izda, kif mistenni, l-istqarrija tal-Partit Nazzjonalista ma’ tghid xejn dwar dan, ghax l-istqarrija tal-Partit Nazzjonalista ma jinteressahiex fil-verità.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN