JIGI FFIRMAT FTEHIM BILATERALI BEJN MALTA U L-ISLANDA
Il-formularju l-gdid tal-medicini qieghed fi stadju finali filwaqt li bdiet tigi diskussa l-Politika Nazzjonali dwar il-medicini li kien prezentat lill-Ministru ghas-Sahha xi gimghat ilu. Dan habbru l-Ministru ghas-Sahha, Kura ghall-Anzjani u Affarijiet tal-Familja it-Tabib Michael Farrugia waqt l-iffirmar tal-ftehim bilaterali bejn Malta u l-Islanda.
Is-sena li ghaddiet wara hidma mid-delegazzjoni Maltija mmexxija mill-Ministru Michael Farrugia gewwa c-Centru Regjonali ghall-Ewropa tal-Ghaqda Dinjija tas-Sahha (WHO), kien intbaghat Malta espert mill-Islanda halli jaghti pariri fuq il-formularju u l-Politika Nazzjonali dwar il-medicini. Bis-sahha ta’ dan l-espert, inbnew relazzjonijiet tajba bejn il-Ministeri tas-Sahha f’Malta u fl-Islanda.
Dawn ir-relazzjonijiet wasslu biex jigi ffirmat ftehim bilaterali ta’ koperazzjoni fis-settur tas-sahha bejn iz-zewg pajjizi.
Il-Ministru Michael Farrugia sostna li dan il-ftehim jaghti bidu ghal aktar koperazzjoni tas-sahha bejn iz-zewg pajjizi u fl-isfera internazzjonali. Dwar il-Politika Nazzjonali rigward il-medicini, jidher li hemm qbil wiesgha bejn diversi setturi tas-socjeta` Maltija ghall-introduzzjoni taghha.
Qabel sar il-ftehim bilaterali, d-delegazzjoni Islandiza ttiehdet izzur is-sit ta’ l-isptar il-gdid f’Tal-Qroqq.
Min naha taghha, l-Onor Injibjorg Palmadottir - Ministru ghas-Sahha u Servizzi Socjali fl-Islanda - fahhret hafna d-decizzjoni tal-Gvern Malti li jkollna sptar wiehed akut, u awgurat kull success ghall-ftuh ta’ l-isptar il-gdid f’Tal-Qroqq. Il-Ministru Palmadottir qalet ukoll li t-tahdidiet li saru mal-Gvern Malti urew maturita` u koperazzjoni kbira bejn iz-zewg pajjizi.
.. /2
Il-Ministru Islandiza qalet ukoll li fi ftit xhur jidher li sar hafna xoghol siewi fil-qasam tas-sahha hawn Malta, u qalet ukoll li l-gvern taghha lest li jkompli jikoopera mal-Gvern Malti sabiex il-problemi li jiffaccjaw il-pajjizi z-zghar jkunu jistghu jigu mtaffija.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN