JIBDEW JITQASSMU L-UNIFORMIJIET GODDA TA’ L-INFERMIERA
“Ftit taz-zmien ilu konna spjegajna ghaliex l-uniformijiet il-godda ta’ l-infermiera ma waslux fil-hin, izda llum bi pjacir inhabbru li l-uniformijiet kompluti bdew jitqassmu lill-infermiera”. Dan qalu l-Ministru ghas-Sahha, Kura ghall-Anzjani u Affarijiet tal-Familja, it-Tabib Michael Farrugia, waqt li gie pprezentat bl-uniformijiet il-godda mid-Direttur tal-Finanzi u Amministrazzjoni is-Sur Charles Chase. Il-Ministru pprezenta formalment l-uniformijiet lid-Direttrici ta’ l-Infermiera, is-Sinjorina Nikolina Farrugia.
Ghall-ewwel darba l-uniformi ser tkun tinkludi wkoll cardigan, zarbun, kif ukoll support tights.
Il-Ministru Michael Farrugia qal li ghalkemm tliet snin ohra l-isptar il-gdid ser ikun kollu kemm hu b’arja kundizzjonata, inhass il-bzonn li l-uniformi hoxna u tqila li kellhom l-infermiera tinbidel issa.
Il-Ministru Michael Farrugia qal li ghalkemm kien hemm azzjoni ndustrijali mill-infermiera, jhoss li d-Dipartiment tas-Sahha ma kellux tort. Il-kumpanija li hadet il-kuntratt kellha problemi kbar biex issib id-drapp skond il-kuntratt u meta dan instab ingieb bl-ajru.
Huwa qal li l-uniformi kompluta kien hemm qbil fuqha mal-MUMN, u awgura li jkun hemm aktar diskussjonijiet miftuha u z-zewg nahat jifhmu aktar lil xulxin.
It-Tabib Michael Farrugia qal ukoll li t-tibdil li ghaddej bhalissa fl-isptarijiet jawgura tajjeb ghax-xhur u s-snin li gejjin..
Il-Ministru semma wkoll l-awditjar li gie ffinalizzat fl-iSptar Sir Paul Boffa u fl-iSptar Monte Carmeli. Issa ser jibda l-awditjar u deployment ta’ haddiema ghal tqassim ahjar fl-iSptar San Luqa, li huwa xoghol kumpless, li ser isir bejn il-Ministeru u r-rapprezentanti tal-haddiema.
.. /2
It-Tabib Michael Farrugia awgura li l-performance u l-kwalita` ta’ servizz li jkun qed jinghata lill-pazjent ikun wiehed ta’ standard gholi u li dan ser ikun qed jigi assessjat taht sistema ta’ management modern.
Il-Ministru semma kif l-iSptar San Luqa ser jigi utilizzat wara li jinfetah l-isptar specjalizzat u akut f’Tal-Qroqq. L-iSptar San Luqa ser ikun maqsum fi tliet setturi: wiehed ta’ konvalexxenza u riabilitazzjoni rrelevanti mill-eta` ta’ l-individwu; parti ohra ser tkun ghal anzjani u parti ohra ghall-persuni b’dizabbilta` li jkollhom bzonn saqaf fuq rashom wara li jigu nieqsa l-familjari taghhom. Sadanittant fl-iSptar San Luqa ghadu ghaddej xoghol ta’ refurbishing tant li fil-jiem li gejjin ser jinbeda xoghol ta’ tibdil tas-sistema tad-drenagg fil-grounds ta’ l-iSptar San Luqa, kif ukoll diversi xoghlijiet ta’ upgrading u introduzzjoni ta’ servizzi godda.
Il-Ministru Michael Farrugia rrefera ghal rapport f’gurnal lokali li llum ghamel insinwazzjonijiet infondati u malizzjuzi. Meta rrefera ghall-kaz il-Ministru Michael Farrugia cahad l-allegazzjonijiet kollha u qal li qed jintalab parir legali dwar il-kaz.
Fil-fatt, l-investigazzjonijiet mid-Dipartiment urew li fl-ambulanza kien hemm tliet tankijiet ta’ l-ossignu jiffunzjonaw u kien hemm is-servizzi kollha ta’ emergenza jiffunzjonaw fl-ambulanza uzata fil-kaz referut fil-gurnal imsemmi. Il-Ministru Michael Farrugia ikkundanna bil-qawwa kollha rapporti sensazzjonali nfondati li ma jaghmlux gieh lil min jippubblikahom.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN