Left arrow Go Back

JIBDEW JITQASSMU L-UNIFORMIJIET GODDA TA’ L-INFERMIERA

PR1562
Date Icon 21/08/1998

“Ftit taz-zmien ilu konna spjegajna ghaliex l-uniformijiet il-godda ta’ l-infermiera ma waslux fil-hin, izda llum bi pjacir inhabbru li l-uniformijiet kompluti bdew jitqassmu lill-infermiera”.  Dan qalu l-Ministru ghas-Sahha, Kura ghall-Anzjani u Affarijiet tal-Familja, it-Tabib Michael Farrugia, waqt li gie pprezentat bl-uniformijiet il-godda mid-Direttur tal-Finanzi u Amministrazzjoni is-Sur Charles Chase.  Il-Ministru pprezenta formalment l-uniformijiet lid-Direttrici ta’ l-Infermiera, is-Sinjorina Nikolina Farrugia.


Ghall-ewwel darba l-uniformi ser tkun tinkludi wkoll cardigan, zarbun, kif ukoll support tights.


Il-Ministru Michael Farrugia qal li ghalkemm tliet snin ohra l-isptar il-gdid ser ikun kollu kemm hu b’arja kundizzjonata, inhass il-bzonn li l-uniformi hoxna u tqila li kellhom l-infermiera tinbidel issa.


Il-Ministru Michael Farrugia qal li ghalkemm kien hemm azzjoni ndustrijali mill-infermiera, jhoss li d-Dipartiment tas-Sahha ma kellux tort.  Il-kumpanija li hadet il-kuntratt kellha problemi kbar biex issib id-drapp skond il-kuntratt u meta dan instab ingieb bl-ajru.


Huwa qal li l-uniformi kompluta kien hemm qbil fuqha mal-MUMN, u awgura li jkun hemm aktar diskussjonijiet miftuha u z-zewg nahat jifhmu aktar lil xulxin.


It-Tabib Michael Farrugia qal ukoll li t-tibdil li ghaddej bhalissa fl-isptarijiet jawgura tajjeb ghax-xhur u s-snin li gejjin..


Il-Ministru semma wkoll l-awditjar li gie ffinalizzat fl-iSptar Sir Paul Boffa u fl-iSptar Monte Carmeli.  Issa ser jibda l-awditjar u deployment ta’ haddiema ghal tqassim ahjar fl-iSptar San Luqa, li huwa xoghol kumpless, li ser isir bejn il-Ministeru u r-rapprezentanti tal-haddiema.


.. /2

It-Tabib Michael Farrugia awgura li l-performance u l-kwalita` ta’ servizz li jkun qed jinghata lill-pazjent ikun wiehed ta’ standard gholi u li dan ser ikun qed jigi assessjat taht sistema ta’ management modern.


Il-Ministru semma kif l-iSptar San Luqa ser jigi utilizzat wara li jinfetah l-isptar specjalizzat u akut f’Tal-Qroqq.  L-iSptar San Luqa ser ikun maqsum fi tliet setturi:  wiehed ta’ konvalexxenza u riabilitazzjoni rrelevanti mill-eta` ta’ l-individwu; parti ohra ser tkun ghal anzjani u parti ohra ghall-persuni b’dizabbilta` li jkollhom bzonn saqaf fuq rashom wara li jigu nieqsa l-familjari taghhom.  Sadanittant fl-iSptar San Luqa ghadu ghaddej xoghol ta’ refurbishing tant li  fil-jiem li gejjin ser jinbeda xoghol ta’ tibdil tas-sistema tad-drenagg fil-grounds ta’ l-iSptar San Luqa, kif ukoll diversi xoghlijiet ta’ upgrading u introduzzjoni ta’ servizzi godda.


Il-Ministru Michael Farrugia rrefera ghal rapport f’gurnal lokali li llum ghamel insinwazzjonijiet infondati u malizzjuzi.  Meta rrefera ghall-kaz il-Ministru Michael Farrugia cahad l-allegazzjonijiet kollha u qal li qed jintalab parir legali dwar il-kaz.


Fil-fatt, l-investigazzjonijiet mid-Dipartiment urew li fl-ambulanza kien hemm tliet tankijiet ta’ l-ossignu jiffunzjonaw u kien hemm is-servizzi kollha ta’ emergenza jiffunzjonaw fl-ambulanza uzata fil-kaz referut fil-gurnal imsemmi.  Il-Ministru Michael Farrugia ikkundanna bil-qawwa kollha rapporti sensazzjonali nfondati li ma jaghmlux gieh lil min jippubblikahom.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow