INBEDA X-XOGHOL FUQ PROGETT TA’ 344 POST F’SEBA’ LOKALITAJIET FIN-NOFSINHAR TA’ MALTA
Il-Ministeru ghad-Djar u Kunsilli Lokali ghandu programm kbir ta’ bini ghall-ibliet u rhula tan-nofsinhar ta’ Malta li jikkonsisti fil-bini ta’ 344 post residenzjali. Dan qalu l-Ministru Alfred Portelli li habbar ukoll li l-akbar progett ta’ rijabilitazzjoni u rigenerazzjoni fil-qasam tal-housing se jsir f’Haz-Zabbar fl-inhawi maghrufin bhala “l-Biccieni”, Triq il-Grazzji u “l-Misrah” bl-isqaqien kollha taghhom. Il-Ministru Portelli habbar ukoll li l-Awtorita’ tad-Djar mistennija tixtri kerrejja fil-“Biccieni” biex tinbidel f’muzew ghall-artisti Zabbarin. Qieghed isir studju simili fiz-Zejtun.
Il-Ministru Portelli qal dan meta fetah wirja dwar progetti ta’ Housing f’Haz-Zabbar kif ukoll f’sitt lokalitajiet ohra fin-Nofsinhar ta’ Malta.
Il-Ministru fisser li din il-wirja turi l-progetti li bdew jitwettqu u ohrajn li se jibdew jitwettqu f’Haz-Zabbar, iz-Zejtun, il-Fgura, Wied il-Ghajn, ix-Xghajra, Marsaxlokk u Birzebbuga. Huwa qal li f’dawn il-lokalitajiet hemm 287 applikant ghall-post alternattiv quddiem id-Dipartiment ghall-Akkomodazzjoni Socjali li minnhom 93 familja qeghdin jghixu ma’ haddiehor. Huwa qal li matul dawn l-ahhar 22 xahar kien hemm 83 familja li nghataw post fejn jghixu jew mid-Dipartiment jew mill-Awtorita’ tad-Djar.
Il-Ministru Portelli fisser li hemm progetti ta’ bini li nbdew jew se jinbdew f’Haz- Zabbar, fiz-Zejtun, f’Marsaxlokk, f’Birzebbuga, fil-Fgura u anke fix-Xghajra. Huwa qal li biex il-Gvern jikkumplimenta dawn il-progetti kbar stinka kemm felah biex ikkonvinca mhux anqas minn 70 sid privat biex ibieghu lill-Gvern aktar minn 720 post madwar Malta u Ghawdex.
.../...
Sa issa l-Awtorita’ tad-Djar diga’ kkonkludiet in-neguzjati ma’ 10 minn dawn is-sidien li se jbieghulha 245 post u 233 garaxx ghall-prezz ta’ Lm4,700,000. Huwa qal li nhar il-Gimgha li ghadda l-Awtorita’ tad-Djar iffirmat l-ewwel konvenji ma’ l-ewwel tliet sidin li se jbieghu lill-Gvern 112-il post, 109 garaxx f’Wied-il-Ghajn u l-Fgura ghall-prezz ta’ Lm 2,000,000. Fil-jiem li gejjin l-Awtorita’ mistennija tiffirma konvenji ohra biex tixtri 133 unit iehor u 124 garaxx ghall-prezz ta’ Lm2,700,000.
Il-Ministru qal li din il-hidma kollha taghmel parti integrali mill-Pjan ta’ Zvilupp Socjo-Ekonomiku ghan-Nofsinhar ta’ Malta li minn Frar li ghadda sar jaghmel parti mir-responsabbiltajiet tieghu bhala Ministru ghall-Kunsilli Lokali. Huwa temm jghid li l-Ministeru tieghu qieghed jaghmel hiltu kollha biex itaffi l-problemi socjali tan-Nofsinhar ta’ Malta.
Il-Ministru imbaghad stieden lir-residenti tal-lokalitajiet imsemmija biex imorru jaraw din il-wirja, li qed issir fic-Centru Civiku ta’ Haz-Zabbar u li se tibqa’ miftuha sa nhar il-Hamis, 27 ta’ Awissu. Fil-jiem li ghaddew saret wirja ohra fil-Kazin tal-Banda San Gorg, Bormla u fil-jiem li gejjin se ssir wirja dwar progetti ta’ housing fil-Belt u l-madwar.
Id-diskors tal-Ministru jsegwi . . . . . . . . . .
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN