Left arrow Go Back

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GHAZ-ZGHAZAGH, SPORT, KULTURA U ARTI DR. JOE CILIA JILQA’ GRUPP TA' ZGHAZAGH LI PPARTECIPAW FL-INTERNATIONAL CAMP FIL- LUSSUMBURGU

PR1551
Date Icon 20/08/1998

Meta kien qed jilqa’ lura f'Malta lill-partecipanti zghazagh li attendew ghal Youth International Camp gewwa l-Lussumburgu, l-Onor. Dr Joe Cilia qal li din kienet inizjattiva gdida u l-ewwel esperjenza ta' zghazagh Maltin li ppartecipaw f'kamp simili f’dak il-pajjiz.


Is-Segretarju Parlamentari Dr Joe Cilia qal li l-iskop ta' dawn l-exchanges huwa li tigi offruta opportunità liz-zghazagh biex jiltaqghu ma' zghazagh u persuni ohra minn pajjizi differenti, kollha b'kultura u storja differenti minn ta' pajjizna.  Dawn l-exchanges ghandhom l-ghan li jsir xoghol volontarju u jigu diskussi temi varji dwar iz-zghazagh.


L-Onor. Cilia qal li f'dan il-Kamp Internazzjonal fost gruppi ohra kien hemm grupp ta' zghazagh mill-Gappun u din hija l-ewwel darba fejn giet organizzata zjara fejn iz-zghazagh Maltin kellhom opportunita' li jibnu rabtiet ma' zghazagh barranin barra l-kontinent Ewropew.  L-Onor. Cilia semma kif il-gimgha li ghaddiet laqa' delegazzjoni taz-zghazagh mic-Cina u saret diskussjoni shiha biex jissahhu r-relazzjonijiet fil-qasam taz-zghazagh bejn iz-zewg pajjizi.  L-Onor. Cilia qal li dan kien l-ewwel kuntatt dirett li l-Gvern kellu ma’ dan il-pajjiz f'dan il-qasam.


Is-Segretarju Parlamentari qal li din iz-zjara fil-Lussumburgu kienet differenti miz-zjarat tradizzjonali l-ohra ghax ghall-ewwel darba din iz-zjara giet organizzata fil-kampijiet u mhux f'postijiet ta' divertiment.  Dan il-kuncett huwa konformi mal-politika tas-Segretarjat li jippromwovi divertiment alternattiv u edukattiv.


L-attivitajiet principali kienu sport, workshops edukattivi u fuq in-natura, cinema u zjarat kulturali, fosthom fil-Belgju.


Is-Segretarju Parlamentari qal li ghal din is-sena applikaw 398 zaghzugh u zaghzugha biex jippartecipaw f'dan il-programm u minnhom gew imsejha 220.  ’Il fuq minn 130 li applikaw ghall-ewwel darba gew maghzula biex jippartecipaw.  L-Onor. Cilia qal li zghazagh Maltin din is-sena kellhom l-okkazjoni li jzuru pajjizi bhal Germanja, it-Turkija, l-Ingilterra, l-Italja,  Cipru u s-Slovakkja.





L-Onor. Cilia qal li s-Segretarjat jinvesti madwar LM22,000 fis-sena f'dawn iz-zjarat.  Dan isir ghax il-Gvern jemmen li qed joffri opportunita' u esperjenza posittiva liz-zghazagh taghna fit-tfassil tal-karattru taghhom u biex isahhu l-kultura taghhom.


In-Nutar Cilia habbar li bejn id-29 t'Awwissu u d-9 ta' Settembru nilqghu fostna madwar 120 zaghzugh u zaghzugha minn pajjizi differenti fl-Ewropa fosthom l-Ingilterra, l-Italja, l-Germanja, is-Slovakkja, it-Turkija u Cipru.  Dawn ser ikunu jirreciprokaw iz-zjarat li zghazagh Maltin ghamlu matul ix-xhur li ghaddew.


L-Onor. Cilia ha l-okkazjoni biex jirringrazzja liz-zghazagh kollha li ppartecipaw b'mod daqshekk attiv fl-iskema tal Youth Exchange ta' din is-sena u avza li l-programm tal-Youth Exchanges li jmiss sejjer jibda f'April tas-sena d-diehla.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow