Left arrow Mur Lura

STQARRIJA TAL-MINISTRU TAL-FINANZI U KUMMERC LEO BRINCAT

PR1549
Date Icon 20/08/1998

Nirreferi ghall-istqarrija mahruga mill-kelliem ta’l-Oppozizzjoni ghall-izvilupp ekonomiku.  


L-Onorevoli Bonnici ghogbu jghid illi hemm “konfuzjoni” fil-mod kif it-tkabbir ekonomiku illi gie rregistrat fl-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena qieghed jigi interpretat.  Hu kompla jghid illi dan it-tkabbir gej minn zidiet fit-taxxi.   Nahseb illi l-konfuzjoni qieghed jipprova johloqha l-kelliem ta’l-Oppozizzjoni meta jibqa’ jmeri s-sewwa maghruf u b’mod mill-aktar imqanzah jarmi tkabbir ta’ 11.4 fil-mija fil-Prodott Gross Domestiku minghajr ma jgib raguni wahda soda ghall-argumenti tieghu.  Titjib ekonomiku bhal dan, illi f’termini reali jqarreb it-8 fil-mija, kien ilu ma jkollna minkejja illi fi zminijiet ohra l-pajjiz kien immexxi min-nies bhall-Onorevoli Bonnici illi jippretendu illi ghandhom is-soluzzjonijiet ghall-problemi ekonomici kollha.   Dik konfuzjoni!  Mela jekk bil-konfuzjoni b’kollox ksibna dawn ir-rizultati, allura x’se naghmlu meta s-sitwazzjoni ekonomika tissoda  u tissahhah aktar?


L-Onorevoli Bonnici mbaghad rega’ ghogbu jtenni l-argument illi d-dhul tal-haddiema ras ghal ras naqas f’termini reali. Qal illi ahna qeghdin naharbu l-argument tieghu u ma nitkellmu xejn fuq dan. Dan huwa ferm ’il boghod mill-verita’!  Infakkru lill-Onorevoli Bonnici illi m’ilux wisq kellna aktar minn okkazjoni wahda fejn irrispondejna ghal din it-tip ta’ kritika ghall-Gvern. Izda, minkejja dan, l-Onorevoli Bonnici qieghed joghgbu jirrepeti l-istess argumenti. Ghaldaqstant, ser ikollna, ghal darba ohra, nistiednu lill-kelliem ta’l-Oppozizzjoni biex janalizza d-dhul tal-haddiema fuq bazi settorali biex jasal ghal konkluzjonijiet aktar realistici dwar id-dhul tal-haddiema.


Rigward l-impjiegi, il-kelliem ta’ l-Oppozizzjoni mhux qieghed jghid il-verita’ shiha ghaliex hu jaf tajjeb hafna illi meta l-Gvern Laburista ha r-riedni tal-pajjiz f’idejn il-qghad kien diga’ beda tiela’ sewwa.  Fil-fatt, bejn Novembru 1995 u Novembru 1996 il-qghad zdied b’il fuq minn 800 persuna u kien diga` qabez is-6000.  Dan, minghajr dubju, ifisser illi l-problema tal-qghad kienet diga` harget fil-miftuh sewwa meta l-kelliem ta’ l-Oppozizzjoni kien parti mill-Gvern.  Ghalkemm matul

dawn l-ahhar sentejn in-numru ta’ dawk bla xoghol zdied, wiehed jista’ jghid illi bil-politika tal-Gvern is-sitwazzjoni ma thallietx taggrava aktar ghaliex in-numru ta’

.../...

nies qieghda zdied b’hafna anqas mill-ahhar sena ta’ Gvern Nazzjonalista.  Anzi, nistghu nghidu illi wkoll fil-qasam tax-xoghol il-Gvern irnexxielu jwaqqaf il-girja  ghan-nizla illi l-pajjiz kien qabad.


Imbaghad il-kelliem ta’ l-Oppozizzjoni ghogbu jikkritika l-Gvern Laburista talli “jiftahar .... dwar l-esportazzjoni”.  Qal illi l-esportazzjoni kibret ghaliex kumpannija ewlenija f’pajjizna, l-ST Microelectronics, qieghda tesporta aktar.  Iva, sewwa qal l-Onorevoli Bonnici, il-Gvern Laburista jhossu kuntent bit-titjib fl-esportazzjoni minn pajjizna.  U bir-ragun, ghaliex ir-rizultati li qeghdin jinkisbu mill-qasam tal-manifattura huma inkoragganti hafna.  Dan hu maghruf minn kulhadd, u jkun kollu ghalxejn illi l-Professur Bonnici jipprova jnaqqas mis-success f’dan il-qasam billi joqghod jifred l-ammont esportat mill-ST Microelectronics mill-ammonti esportati minn kumpanniji lokali ohra.  F’dan il-kuntest, ahna nistaqsu jekk l-Onorevoli Bonnici kienx joqghod jifred l-ammonti esportati mill-ST Electronics ma’ l-ammonti esportati minn kumpanniji ohra meta hu kien Ministru.   Ir-risporta hija “le”.  Ghaldaqstant, meta wiehed jifli sewwa l-argument ta’l-Onorevoli Bonnici, malajr tista’ tingibed il-konkluzjoni illi l-kelliem ta’ l-Oppozizzjoni qieghed jaghmel hafna akrobaziji biex jipprova jcekken il-kisbiet fil-qasam ta’ l-esportazzjoni.  Min-naha taghna, filwaqt illi nirrikoxxu b’sodisfazzjon dak li nkiseb s’issa, qeghdin nanalizzaw b’mod serju dawn ir-rizultati biex inkomplu ntejbu l-qaghda fis-settur tal-manifattura ghall-gid tal-pajjiz u ta’ dawk illi jiddependu fuq dan is-settur ghall-ghajxien taghhom.


L-anqas illi jista’ jitkellem dwar is-settur turistiku huwa proprju l-Onorevoli Bonnici illi bhala Ministru ghall-Affarijiet Ekonomici kellu responsabbilta’ diretta ta’ dan is-settur.  Aktar milli jilmenta dwar l-andament ta’ dan is-settur f’dawn l-ahhar sentejn, l-Onorevoli Bonnici jmissu jghidilna kif dan is-settur kien thalla ghal rihu fi zmien il-Gvern Nazzjonalista, b’konsegwenzi serji hafna ghal din l-industrija ewlenija f’pajjizna.  Matul dawn l-ahhar sentejn, bil-politika gdida Laburista u b’attenzjoni xierqa lil settur vitali ghall-ekonomija, it-turizmu rega’ rpilja u qabad ir-rankatura illi kien tilef.  Il-Professur Bonnici jaf illi, kemm in-numru ta’ turisti li qeghdin izuru pajjizna, kif ukoll il-qligh mit-turizmu urew zieda fuq dak illi kienu fi zmien il-Gvern Nazzjonalista.  Ghaldaqstant,  jghid x’jghid il-kelliem Nazzjonalista, is-settur turistiku miexi gmielu u qieghed jerga’ jirrendi ghal dawk illi jiddependu fuqu.  


Dwar l-gholi tal-hajja, il-Gvern ghadu mhux sodisfatt illi l-miri taghna lhaqniehom.  Izda sinjali ta’ titjib f’dan il-qasam qeghdin jidhru wkoll.  Fil-fatt, jidher illi r-rata ta’ l-inflazzjoni qieghda tikkalma.  Dan jawgura tajjeb ghax-xhur li gejjin.  Min-

.../...

naha tieghu il-Gvern ser ikompli jaghmel l-almu tieghu biex il-weghda tieghu illi jrazzan iz-zieda fil-prezzijiet titwettaq ukoll bhalma twettqu weghdiet ohra.


Imbaghad il-Professur Bonnici ghadda biex isemmi s-self illi l-Gvern Laburista kellu jirrikorri ghalih biex jaghmel tajjeb ghall-hofor kbar illi halla warajh il-Gvern Nazzjonalista illi kien jaghmel parti minnu hu qabel il-Gvern Laburista ha r-riedni tal-pajjiz f’idejn. F’dan il-qasam l-anqas illi jistghu jitkellmu huma n-Nazzjonalisti illi permezz tal-politika ta’ sparpaljar taghhom irnexxielhom isallbu l-pajjiz b’dejn kbir.  Meta l-Partit Laburista ha l-Gvern f’idejh ma tantx kellu alternattivi hlief illi jmidd ghonqu ghax-xoghol biex isewwi s-sitwazzjoni mwieghra fil-finanzi tal-Gvern.  Li kieku ma sarx hekk, kien ser jigi pperikolat l-ghajxien ta’ ghadd kbir ta’ impjegati illi jiddependu mill-Gvern ghall-ghajxien taghhom kif ukoll is-sistema ekonomika tal-pajjiz. Ix-xoghol tal-Gvern biex jikkontrolla d-deficit qieghed jaghti rizultati tajba hafna tant illi din is-sena l-miri tal-Gvern f’dan il-qasam sejrin jinqabzu.   


Il-Professur Bonnici, imbaghad, jipprova jmaqdar u jcekken it-titjib illi kellu l-pajjiz fil-bilanc tal-pagamenti u fir-riservi barranin.  Dan it-titjib huwa aktar rizultat ta’ qligh akbar minn barra l-pajjiz milli minhabba ‘stagnar ekonomiku’.  Argumenti bhal dawn ma jaghmlux sens ghaliex titjib bhal dak irregistrat huwa aktar assocjat ma’ attivita’ ekonomika soda milli ma’ stagnar ekonomiku.  Jew forsi l-kelliem tal-Oppozizzjoni spicca konfuz hu fl-attentat tieghu biex icekken il-kisbiet ekonomici ta’ dawn l-ahhar sentejn.


Fl-ahhar il-Professur Bonnici qal illi min mhuwiex “lest jirrikonoxxi l-problemi tal-lum” ma jistax “imexxi lil pajjizna ‘l quddiem b’politika ekonomika adattata ghac-cirkostanzi tal-lum”.  Tajjeb hafna, ghaliex b’dan l-argument laqat il-musmar fuq rasu.  In-Nazzjonalisti ghadhom sal-lum jichdu l-problemi finanzjarji kbar u problemi ohra illi hallew warajhom meta tilfu l-Gvern.  Mhux talli hekk, izda issa hargu b’ruxxmata weghdiet illi m’huma xejn ghajr karrotti biex forsi l-elettorat jerga’ jafdalhom il-Gvern f’idejhom.  Izda, li mhux qeghdin jghidu hu kif, meta wiehed iqis il-problemi illi huma hallew warajhom, dawn il-weghdiet sejrin jiffinanzjawhom.   Mela fuq naha ghandna partit illi qieghed jahrab mill-problemi u fuq naha ohra l-istess partit qieghed iwieghed kollox lil kulhadd minghajr ma jqis il-konsegwenzi ta’ dawk il-weghdiet.  Allura meta wiehed iqis dan, kif jista’ jippretendi l-Professur Bonnici illi l-partit tieghu se jkun kapaci jmexxi lil pajjizna ‘l quddiem meta ghadhom lanqas iridu jagharfu c-cirkostanzi illi fih gabu l-pajjiz bil-politika taghhom.  Dik konfuzjoni!

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow