Left arrow Mur Lura

FL-AHHAR SEBA’ XHUR :- IT-TARZNA NAQSET IT-TELF TAGHHA B’2.6 MILJUNI WAQT LI L-HADDIEMA RAS GHAL RAS QALGHU LM480 IKTAR MIS-SENA LI GHADDIET

PR1548
Date Icon 20/08/1998

Sa nofs Lulju li ghadda, it-telf li taghmel it-Tarzna  naqas b’inqas  minn nofs. Fejn is-sena li ghaddiet it-telf kien ta’ Lm 5.3 miljun, din is-sena t-telf huwa inqas minn Lm 2.6 miljun .

Dan sar maghruf dalghodu meta l-Prim Ministru Dr.Alfred Sant li kien akkumpanjat mill-Vici Prim Ministru Dr.George Vella ghamel zjara fil-Malta Drydocks.

Fl-indirizz tieghu, ic-Chairman tad-Drydocks il-Professur Noel Zarb Adami qal li bit-tmexxija li tezisti illum fit-Tarzna, nistghu nkomplu fuq triq biex din l-intrapriza tkun pilastru vera ta’ l-ekonomija Maltija. Qal li l-hidma li saret f’dawn l-ahhar sena u nofs biex tkun ristrutturata  t-Tarzna, bdiet turi rizultati pozittivi.

Fost dawn semma l-mod kif zdiedet l-efficjenza. Semma li fl-ahhar seba’ xhur, ras ghal ras,  kull haddiem industrijali tat-tarzna qala Lm 480 iktar mis-sena li ghaddiet. Haddiema li mhumiex industrijali ukoll gawdew minn zidiet bix-xoghol li kien hemm.  

Punti ohra li rrefera ghalihom il-Professur Noel Zarb Adami kienu :

  • Huwa ttamat li fix-xhur li gejjin jibqa’ jidher ir-ritmu li kien hemm mill-bidu ta’ din is-sena u skond ma jidher, dan ser jibqa’ ghal l-anqas sa l-ahhar ta’ Ottubru. Hemm diversi bookings li jsostnu dan kollu.

  • Bejn Jannar u Lulju ta’ din is-sena, it-Tarzna tellghet xoghol li jaqbez l-ghaxar miljin lira. Dan hu pass importanti hafna meta wiehed iqis li bejn l-1995 u s-sena l-ohra, x-xoghol li kien tela’ kien ilahhaq biss is-7.35 miljun lira Maltin. Hafna mill-istess xoghol kien kollu f’munita barraninja.

  • Bhala Kunsill gdid, iffurmat minn naha tal-Gvern u minn naha tal-membri eletti,  it-tmexxija mxiet id f’id u din qed twassal ghal rizultati pozittivi li jidhru f’diversi oqsma.

  • Fl-ahhar  sena ittiehdu passi ukoll biex kemm jista’ jkun, titnaqqas il-hela. L-overheads naqsu b’miljun lira fi zmien sena. L-istess xoghol, li kien isir qabel, inhadem kollu b’workforce izghar       ... / ...

  • Fl-istess perjodu, in-numru ta’ impjegati naqsu b’246. Ix-xoghol baqa ghaddej, anzi l-ammont ta’ xoghol kiber b’volum hafna ikbar minn tas-soltu.

  • Aktarx li gew solvuti r-relazzjonijiet mal-Libjani GNMTC li barra z-zewg vapuri li baghtu, ser jibaghtu zewg krejns ghat-tiswija fi zmien erba’ gimaghat ohra

  • Fl-ahhar 18 -il xahar saru mhux inqas minn 38 laqgha tal-Kunsill waqt li saru 40 laqgha ohra mill-project team ghal l-implimentazzjoni ta’ l-Appledore Report.

Il-Prim Ministru Dr.Alfred Sant qal li japprezza l-progress li sar fit-Tarzna. Semma kif sa mill-bidunett il-Gvern qis li l-hidma fit-Tarzna kienet ser tkun triq twila li trid tintmexa flimkien bejn il-Haddiema, Managment u Gvern. Qal li l-Gvern ihoss li qieghed fi shab mal-haddiema tat-Tarzna biex flimkien maghhom nergghu mpoggu lill-intrapriza fuq saqajha.

Dr. Sant qal li l-ewwel mira kienet dik li l-isem tat-Tarzna ta’ Malta jerga’ jsir isem sabih fuq bazi internazzjonali, ghax permezz t’hekk jerga’ jingieb ix-xoghol.  Qal li fuq dan il-punt ’lkoll qed jirnexxielna u prova ta’ dan huma z-zewg vapuri Norvegizi li hemm bhalissa fit-Tarzna.

In-Norvegja ghazlet propju lit-tarzna ta’ Malta  u dan hu l-aktar test li jaghtina kredibilita bhala Tarzna. Meta jkun hemm dak l-isem sabih, kompla jghid il-Prim Ministru, jigi aktar xoghol li mieghu igib aktar efficjenza u jkompli jitnaqqas it-telf

Il-Gvern ser jkun lest li f’sitwazzjoni fejn ikun hemm bzonn ta’ certu sussidji, dawk is-sussidji ser jkomplu jibqghu jinghataw, imma ma kienetx sostenibbli s-sistema li s-sussidju kull sena kien qed jitla’ ghal 17-il miljun lira.

Semma wkoll l-appogg li l-Gvern ser jkompli jaghti f’inizjattivi godda li t-Tarzna qed tahdem fuqhom fosthom l-izvilupp tal-Bacir Numru 1 li ser jinbidel f’Marine Theme Park. Dan il-progett ghandu jkun ta’ interess ghall-haddiema tat-Tarzna kif ukoll li jilqa’ ghax-xewqat tal-poplu tal-Kottonera

Tenna li jekk kulhadd ikompli jahdem flimkien, it-Tarzna ta’ Malta tista’ issir wahda mill-aqwa tarznari fil-Mediterran.

Il-Prim Ministru rringrazzja ukoll lil Dr.Gorg Abela u lil Dr. Karmenu Mifsud  Bonnici li hadmu fuq zewg task-forces imwaqqfa mill-Gvern. Irringrazzja ukoll lill-Membri tal-Kunsill, lill-Membri tal-Managment, kif ukoll lill-haddiema tax-xoghol li kontinwament qed iwettqu.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow