IZ-ZEWG TRAWLERS NORVEGIZI SER JKUNU LESTI QABEL IZ-ZMIEN STIPULAT
Iz-zewg trawlers Norvegizi li gew ordnati biex jinbnew fil-Marsa Shipbuilding ser ikunu lesti sa nofs ix-xahar id-diehel. Dan ifisser xahar qabel iz-zmien stipulat.
Dan habbru l-Prim Ministru Dr.Alfred Sant meta dalghodu sar il-Marsa Shipbuilding. Il-Prim Ministru kien akkumpanjat mill-Vici Prim Ministru Dr. George Vella.
Minn naha tieghu, rapprezentant tal-kumpannija Norvegiza wera ruhu sodisfatt ghal mod kif mexa x-xoghol fuq dawn it-trawlers u fahhar il-haddiema ghad-dedikazzjoni u l-hidma li wrew.
Fl-istess zjara sar maghruf ukoll li l-ewwel vapur, minn tlieta, tal-Gozo Channel, mistenni li jkun lest sa nofs is-sajf tas-sena d-diehla. Dwar dawn il-vapuri tkellem ukoll id-Direttur-Haddiem Jesmond Tanti li qal li l-haddiema huma nkwetati ghall-mod mghaggel li bih sar il-kuntratt tal-Gozo Channel, f’Ottubru ’96. Semma li l-Gvern prezenti se ikollu jbiddel xi affarijiet fil-bini ta’ l-istess vapuri u li dan se ikun ifisser aktar infieq ta’ fondi pubblici, minhabba nuqqasijiet serji ta’ kif saru l-affarijiet dak iz-zmien.
Fil-waqt li kkonferma dan, il-Prim Ministru Dr.Alfred Sant semma kif il-Gvern Laburista Gdid mill-ewwel ipprova jwaqqaf dan il-kuntratt li kien gie iffirmat b’mod mghaggel qabel l-Elezzjoni Generali ta’ Ottubru 1996. Madankollu l-Gvern ma setax johrog mill-kuntratt imsemmi, minhabba li legalment kien kollox korrett.
F’messagg qasir lill-haddiema prezenti, il-Prim Ministru rringrazzjahom tax-xoghol u l-hidma li ta’ kuljum qed jwettqu. Heggighom biex izommu l-ghaqda u l-ghaqal bejniethom ghax qal li b’hekk biss il-Marsa Shipbuilding tista’ tkun xempju ta’ tarznari ohra fil-Mediterran.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN