STQARRIJA MILL-MINISTERU TA’ L-AFFARIJIET BARRANIN U TA’ L-AMBJENT
Il-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin u ta’ l-Ambjent jaghmel referenza ghall-Istqarrija ta’ Dr. J. Psaila Savona, kelliem tal-Partit Nazzjonalista dwar l-ambjent.
L-Istqarrija tghid li l-Gvern prezenti tefa l-problema ta’ l-iskart taht it-tapit u tallega li l-irwejjah mill-Impjant tar-Riciklagg f’Wied il-Ghajn m’ghadhomx jezistu mhux ghax il-problema qed tingheleb imma ghax l-Impjant qed jipprocessa ammont ta’ skart kwazi negligibbli.
Almenu Dr. Psaila Savona ammetta li l-irwejjah, li sa Ottubru tal-1996 kienu ta’ inkonvenjent serju ghar-residenti gew eliminati. Min-naha l-ohra Dr. Psaila Savona flok qed jifrah lil Dr. George Vella, il-Ministru responsabbli, qed jipprova jimmisinforma lir-residenti ta’ Marsaskala billi jghid li “l-Impjant qed jipprocessa ammont ta’ skart kwazi negligibbli”. Il-fatti juru mod iehor: bejn Jannar u Awissu ta’ din is-sena l-impjant hadem regolarment. Matul dan il-perjodu gie processat 14,000 tunellata ta’ skart paragunat ma’ 13,000 tunellata processati matul Jannar - Dicembru 1996. Dan ifisser li f’seba’ xhur u nofs gew ipprocessati 1,000 tunellata aktar mill-1996.
Irid jinghad ukoll li fis-sitt xhur ta’ din is-sena tqassmu 800 tunnellata kompost li huwa hafna izjed minn dak li tqassam fl-1996.
Il-Gvern irid ifakkar li s-sistema prezenti, imsejjha Ecopod, intaghzlet wara li esperti tal-Ministeru ta’ l-Ambjent ghamlu studju serju u sahansitra raw b’ghajnejhom diversi sistemi f’diversi Pajjizi barra minn Malta.
Dr. Psaila Savona u r-residenti ta’ Marsascala u ta’ l-inhawi zgur jiftakru bl-inkonvenjenzi serji u t-tbatija li ghaddew minnhom fid-9 snin ta’ Gvern Nazzjonalista. Tant li ghal mill-anqas tlett darbiet ir-residenti kellhom johorgu jipprotestaw fit-toroq. Dan jista’ jixhdu kulhadd inkluz il-Kunsilli Lokali ta’ Wied il-Ghajn u taz-Zejtun.
... / ...
Kif assigura Dr. George Vella innifsu f’Ottubru tal-1996 u kif ammetta l-istess Dr. Psaila Savona, dawn l-inkonvenjenti issa gew eliminati kwazi ghal kollox.
Ghalhekk jista’ jinghad bla tlaqlieq illi jekk kien hemm zmien li din il-problema intefghet taht it-tapit, b’dannu kbir ghar-residenti nvoluti, kien fi zmien Gvern Nazzjonalista, li minkejja l-ilmenti kontinwi tar-residenti ma tax kaz tat-tbatija taghhom u qaghad ikaxkar saqajh ghal 9 snin shah.
Il-Gvern Laburista zamm il-weghda tieghu u ghadu qed jahdem bis-shih biex il-problema kollha ta’ l-iskart f’pajjizna tkun solvuta b’mod serju.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN