Left arrow Mur Lura

STQARRIJA TAL-MINISTRU TAL-FINANZI U KUMMERÐ, IS-SUR LEO BRINCAT

PR1538
Date Icon 19/08/1998

B’referenza æall-istqarrija maóruía mill-Uffiððju Informazzjoni PN fis-17 t’Awissu 1998 dwar ic-CET fejn íie allegat li “t-taxxa tas-sisa li minbarra li æolliet il-prezzijiet ta’ óafna prodotti kompliet tefæet lin-negozju lura”, il-fatti wrew mod ieóor. Mad-dóul tas-CET instab li numru kbir ta’ prodotti tal-konsum kienu roósu fil-prezz filwaqt li oórajn baqæu stabbli.  Dan ir-roós seta’ jkun possibbli l-aktar minóabba li r-retailers, flimkien ma’ numru kbir ta’ negozji oórajn li l-valur tal-bejæ taæhom ma jaqbiúx it-Lm12,000 fis-sena, ma baqæux kolletturi tat-taxxa u, æaldaqstant, naqsulhom óafna l-ispejjeú taæhom.


Kien hemm ukoll roós sostanzjali fil-qasam tas-servizzi dovut l-aktar æall-fatt li bis-CET it-taxxa fuqhom tnaqqset æal-5% minn 15% kif kienet qabel bil-VAT.  Raíuni oóra kienet li óafna negozji li jipprovdu servizz u li l-valur taæhom ma jaqbiúx is-Lm6,000 fis-sena huma meótieía æal kollox mit-taxxa tas-CET.


Barra minn hekk, wieóed jistaqsi, kif setæu n-negozji, l-aktar iú-úæar, imorru lura bis-sistema tas-CET meta huma meólusa æal kollox mill-íbir jew mill-ólas tat-taxxa tas-CET?


Íie allegat ukoll li  “óafna min-negozji ú-úæar ma baqæux ikabbru n-negozju taæhom æax ma baqæalhomx l-inðentiv tar-refunds”.


B’inðentiv f’dan il-kuntest tajjeb li wieóed jifhem ðar u tond x’irid ifisser.  Taót is-sistema tal-VAT, dak li jkun seta’ jitlob lura t-taxxa li hu stess ikun óallas fuq ix-xiri li jkun æamel u li jkollu x’jaqsam man-negozju tieæu.


Tajjeb li wieóed jæid mill-ewwel li bis-sistema tas-CET  óafna mill-búonnijiet tan-negozju, speðjalment fejn jidhru materja prima u makkinarju industrijali, huma meólusa mit-taxxa qabel jidólu Malta.  Æaldaqstant, flok dak li jkun ikollu jistenna xhur sóaó jekk mhux snin sakemm jieóu lura r-refund tal- VAT ikun iffranka t-taxxa mill-ewwel.  Dan jæodd l-aktar æall-bdiewa u s-sajjieda kif ukoll æall-azjendi li jesportaw il-prodotti taæhom u azjendi oóra li jipproduði prodotti ta’ l-ikel u mediðina wkoll æas-suq lokali.

.../...



It-tieni, fil-kaú ta’ negozji oóra, it-taxxa li tkun tóallset fuq ix-xiri taæhom tkun imdaóóla fil-prezz u, æaldaqstant, jiksbuha lura hekk kif dawn ibiæu.  Dan ifisser li l-anqas dawn in-negozji ma jkollhom jistennew ix-xhur biex jieódu lura t-taxxa li jkunu óallsu.


Li kien jiíri taót is-sistema tal-VAT hu li bis-sistema tar-refunds kien qed isir óafna abbuú li prattikament kien impossibbli li wieóed jikkontrolla sa barra.  Fil-fatt, íara li matul is-snin id-Dipartiment kien kostrett li júomm numru kbir ta’ refunds milli joóoríu, u t-talbiet æalihom æadhom pendenti sal-lum u æad iridu jæaddu s-snin sakemm jiíu vverifikati kollha.  Il-problema qed tissolva b’ dal-mod peress li s-sistema tal-VAT m’æadhiex taódem, æax li kieku lanqas din li jinúammu r-refunds ma kienet tkun soluzzjoni.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow