Left arrow Mur Lura

STQARRIJA TAL-MINISTERU TA’ L-AFFARIJIET EKONOMICI U TA’ L-INDUSTRIJA

PR1535
Date Icon 18/08/1998

B’referenza ghall-istqarrija mahruga l-bierah mill-kandidat Nazzjonalista Josef Bonnici jrid jinghad bl-aktar mod emfatiku li mhux veru li l-esportazzjoni naqset matul il-21 xahar ta’ amministrazzjoni Laburista.  Il-fatti u c-cifri juru mod iehor u, ghaldaqstant, il-pubbliku m’ghandux ikun zvijat b’interpretazzjoni partiggjana tal-figuri ufficjali.


Fil-fatt huwa car li matul l-1997 is-settur tal-manifattura esporta total ta’ LM634.4 miljuni. Din hija zieda ta’ aktar minn Lm 10 miljun fuq l-esportazzjoni totali ta’ l-1996.  B’kuntrast ma’ dan, fi zmien l-amministrazzjoni Nazzjonalista, u partikolarment fil-perjodu ta’ bejn l-1995 u l-1996, l-esportazzjoni totali kienet naqset b’Lm 50.8 miljuni.  


Huwa car li l-isforzi tal-Gvern Laburista sabiex jghin l-intraprizi li jimmanifatturaw qed ikollhom ir-rizultati mixtieqa, tant illi t-trend ghan-nizla li kienet tikkaratterizza is-settur ta’ l-esportazzjoni fi zmien il-Gvern Nazzjonalista giet ikkoreguta sabiex illum qed naraw figuri ta’ l-esportazzjoni dejjem joghlew.  Xhieda ta’ dan huma l-ahhar figuri ufficjali ppublikati mill-Ufficju Centrali ta’ l-Istatistika li juru li minn Jannar sa Mejju ta’ din is-sena pajjizna esporta b’kemm jiswew Lm 286.1 miljun fi prodotti. Dan jikkompara favorevolment mal-figura ta’ Lm 255.2 miljun ghall-istess perjodu ta’ l-1997.


Il-Professur Bonnici ghazel li jinjora l-esportazzjoni minn kumpanija partikolari (ST Microelectronics, jew kif inhi aktar maghrufa l-SGS-Thomson) biex ghamel il-kalkoli tieghu.  Galadarba din il-kumpanija hija parti integrali mix-xenarju industrijali ta’ pajjizna ma jistax ikollok figuri serji ta’ esportazzjoni li jeskludu l-figuri ta’ din il-kumpanija.  Il-policies industrijali tal-Gvern Laburista, flimkien ma’ l-attitudni posittiva lejn il-manifattura ghenu wkoll lil din il-kumpanija sabiex tespandi l-operat taghha f’pajjizna.


Mhux ic-cifri biss jitkellmu. Filwaqt li dan il-Gvern ta bidu ghal programm ta’ ristrutturazzjoni ordinata u gradwali ta’ l-industrija tal-manifattura, Gvern Nazzjonalista bla konsultazzjoni ma hadd—lanqas mal-Korpi Kostitwiti—kien unilateralment intrabat ma’ l-Unjoni Ewropea li jtajjar ma’ l-400 levy. Dan il-pass kien ikollu konsegwenzi dizastruzi ghall-industrija Maltija, li certament ma kienetx ippreparata.


Certament li llum l-industrijalist—sew zghir, kemm kbir—qed ihoss li ghandu sehem attiv u vuci akbar fl-immodernizzazzjoni tas-settur tal-manifattura f’pajjizna.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow