Left arrow Go Back

TAHT GVERN LABURISTA L-EKONOMIJA REGGHET LURA GHAL ZVILUPP SOSTENIBBLI

PR1523
Date Icon 17/08/1998
  • Taht Gvern Nazzjonalista, l-espansjoni ta’ l-ekonomija kienet saret tiddependi fuq attivitajiet assocjati ma’ konsum.  L-infieq fuq konsum kien responsabbli ghal disghin fil-mija taz-zieda fil-Prodott Gross Domestiku (PGD) fl-1995 u ghall-ammont kollu taz-zieda fil-PGD fl-1996.


  • Dan it-tip ta’ zvilupp kien qed johloq sens artificjali fl-ekonomija u kien qed jiggenera pressjonijiet serji fuq bosta indikaturi importanti ta’ l-ekonomija:


Id-deficit fuq il-kont kurrenti tal-Bilanc tal-Pagamenti kiber ghall- figura allarmanti ta’ aktar minn ghaxra fil-mija tal-Prodott Gross Domestiku.


Ir-rizervi ufficjali barranin ta’ Malta naqsu b’total ta’ Lm137miljun matul l-1995 u 1996.


Id-deficit fil-Budget tal-Gvern ghall-1996, illi l-Amministrazzjoni Nazzjonalista kienet qed tipprogetta ghal Lm39 miljun jew tlieta fil-mija tal-PGD, kiber ghal Lm110 miljun, jew kwazi ghaxra fil-mija tal-PGD.


Fl-1995 u 1996, iz-zieda f’depoziti bankarji ma kienitx qed tlahhaq mar-ritmu sfrenat ta’ self bankarju.  Bhala proporzjon tad-dhul li kienet qed taqla’ il-familja medja Maltija, ir-rata ta’ tifdil waqghet minn madwar 16% fil-1994 ghal 9% fl-1996.


L-ekonomija kienet qed titlef kull sens ta’ kontroll u kienet qed toqrob lejn dizastru finanzjarju illi kien jipperikola l-istruttura tas-servizzi socjali tal-pajjiz u l-istabilita` monetarja.


  • Gvern Laburista, b’sens ta’ responsabbilta` kbira u dover onest lejn il-poplu Malti, ma bezghax jiehu mizuri li kien hemm bzonn biex iregga’ l-pajjiz lura fuq it-triq ta’ zvilupp sostenibbli u ekonomija soda:

... / ...

Fir-rigward tal-finanzi tal-Gvern, ittiehdu mizuri kuragguzi u ferm responsabbli biex jigi mrazzan l-infieq sfrenat u hela zejda u biex jissahhah id-dhul.  Dawn il-mizuri kienu ntizi sabiex id-deficit tal-Budget jonqos ghal hamsa fil-mija tal-PGD fuq medda ta’ mill-anqas tliet snin.  Bl-isforzi tal-Gvern Laburista u sagrificcji meqjusa, ir-rizultati miksuba qabzu kull aspettativi.  Id-deficit fl-ewwel sitt xhur ta’ l-1998 gie mrazzan ghal madwar Lm18 miljun, jew anqas minn terz il-livell fl-istess perjodu ta’ l-1997.  Ghalhekk, huwa mistenni illi l-oggettiv ta’ hamsa fil-mija jintlahaq sa l-ahhar ta’ l-1998.  Dan jizgura illi nkunu nistghu nsahhu l-pedamenti tas-servizzi socjali u nkomplu ntejbu l-aktar facilitajiet essenzjali bhas-sahha u l-edukazzjoni.


Il-Bilanc tal-Pagamenti wera titjib konsiderevoli b’rizultat ta’ qliegh akbar mis-setturi ta’ l-esportazzjoni u nefqa anqas fuq l-importazzjoni.  Minn 10% fil-mija tal-PGD fl-1995 u 1996, id-deficit fuq il-Bilanc tal-Pagamenti naqas ghal 6% fl-1997 u kompla juri titjib fl-1998.


Ir-rizervi ufficjali barranin tal-pajjiz regghu lura fuq id-direzzjoni ta’ titjib, b’zieda ta’ Lm8 miljuni fl-1997 u ohra ta’ Lm26 miljun fl-ewwel sitt xhur tal-1998.


Minflok minn infieq fuq konsum, l-espansjoni tal-Prodott Gross Domestiku regghet bdiet tigi ggenerata minn qliegh minn attivitajiet ta’ esportazzjoni fl-1997 u l-1998.


Ir-rata ta’ tifdil tal-familja medja regghet bdiet tirkupra u minn 9% fl-1996 telghet ghal madwar 13% fl-1997.


Wara process ta’ konsolidazzjoni u tishieh fl-1997, l-espansjoni fl-ekonomija regghet qabdet ritmu qawwi fl-ewwel tliet xhur ta’ l-1998.  Fil-fatt, iz-zieda ta’ 14% fil-PGD matul l-ewwel tliet xhur ta’ l-1998 kienet l-oghla wahda li qatt giet registrata.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow