Left arrow Go Back

IL-PRIM MINISTRU JHABBAR IT-TWAQQIF TA’ UFFICCJU DWAR IL-PRIVATIZZAZZJONI

PR1522
Date Icon 17/08/1998

Wara l-Elezzjoni Generali li gejja, Gvern Laburista Gdid ser jwaqqaf Ufficcju li jkun responsabbli minnu l-Ministeru tal-Finanzi u li jkun inkarigat mill-privatizzazzjoni Dan ghandu jkun Ufficcju specjalizzat biex jahseb kif jimmassimizza d-dhul mill-bejgh ta’ l-ishma.


Dan habbru l-Prim Ministru Dr.Alfred Sant meta dalghodu zar il-Bank Centrali Ta’ Malta. Jakkumpanjaw lill-Prim Ministru kien hemm id-Deputat Prim Ministru Dr. George Vella u l-Ministru tal-Finanzi Leo Brincat.


Il-Prim Ministru qal li mill-privatizzazjoni parzjali tal-Maltacom il-Gvern dahhal Lm31 miljun li jikkompara tajjeb hafna mad-dhul minn  privatizzazzjonijiet ohra  li saru fis-snin imghoddija.


Dr. Sant fakkar fi zjara ohra li hu kien ghamel fil-Bank Centrali hekk kif kien sar Prim Ministru. L-Amministrazzjoni tal-Bank ta’ dak iz-zmien kienu tawh parir biex il-Gvern juri certu dixxiplina finanzjarja ghax il-Bank kien qed jara certi zviluppi mhux daqstant pozittivi f’dak li ghandu x’jaqsam mas-sitwazzjoni tar-riservi u l-izbilanci finanzjarji kbar fil-pajjiz.

Il-Prim Ministru semma’ l-hidma tal-Gvern f’dawn l-ahhar sena u nofs fejn il-Gvern naqqas, u ikkontrolla bis-serjeta, l-ispiza tieghu waqt li fl-istess hin  stimola attivitajiet produttivi. Qal li f’dak li ghandu x’jaqsam mat-turizmu, il-Gvern kiseb success kbir. L-istess ghamel dak li ghandu x’jaqsam mal-esportazzjoni industrijali. Fl-1996 kien hemm tnaqqis ta’ madwar 5 % fl-esportazzjoni; issa din  regghet bdiet tirranka. Dr. Sant qal li l-esportazzjoni  mistennija tkompli tirranka wkoll permezz ta’ investimenti produttivi godda u l-Gvern ser jkun qieghed lest li jhajjar dawn l-investimenti godda. Il-Korporazzjoni ta’ l-Izvilupp  ukoll qed tilqa’  t-talbiet biex isir investiment b’ottimizmu.


... / ...

Dwar in-nefqa tal-Gvern il-Prim Ministru qal li saru sforzi qawwija biex, fejn  certi Korporazzjonijiet li jkollhom deficit, jergghu jibdew jirkupraw. Sar progress ukoll fil-qasam tat-Tarzna. Sar hafna xoghol ukoll fl-Airmalta,  li din issa qed tassigura li ser ikollha l-break-even fuq l-operating core taghha.

Min-naha tieghu, il-Gvern qieghed jikkontrolla n-nefqa tieghu ta’ kull xahar. F’din is-sena, il-Gvern irnexxilu jzomm mal-progettazzjonijiet li kien ghamel ghall-Budget ta’ din is-sena,  f’dak li ghandu x’jaqsam ma’ spiza. Madankollu l-Prim Ministru enfasizza l-htiega li biex haga bhal din tkun sostenibbli, hemm bzonn li l-Gvern itejjeb l-operat tieghu.


Il-Gvernatur tal-Bank Centrali s-Sur Emanuel Ellul qal li matul is-sena li ghaddiet, l-ekonomija tal-pajjiz kibret mis-settur ta’ l-esportazzjoni, waqt li zdiedu aktar it-turisti kif ukoll il-Cruise Liners destinati lejn pajjizna. Qal ukoll li l-inflazzjoni bil-mod il-mod qed tibda niezla u huwa ttamat li sa Dicembru ta’ din is-sena mistennija tinzel ghal 3.5%

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow