Left arrow Go Back

IL-PRIM MINISTRU JZUR IL-WIRJA AGRARJA F’GHAWDEX

PR1521
Date Icon 15/08/1998

Il-Maltin u l-Ghawdin iridu li l-Biedja u s-Sajd f’Ghawdex jibqghu b’sahhithom u tajba biex ikomplu jizviluppaw bl-ahjar mod possibbili.


Dan esprmieh il-Prim Ministru Dr.Alfred Sant meta dalghodu zar il-143 edizzjoni tal-Wirja Agrarja f’Ghawdex, li ta’ kull sena tkun organizzata mill-Gozo Agricultural, Industrial & Cultural Society.  Jakkumpanjaw lill-Prim Ministru kien hemm il-Ministri George Vella u Noel Farrugia kif ukoll is-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex Anton Refalo. Kien prezenti ukoll il-President ta’ Malta, Dr. Ugo Mifsud Bonnici.


Il-Prim Ministru qal li kien baqa’ impressjonat b’dak li kien ra fil-wirja tal-lum fejn uriet kif il-Biedja u l-Artigjanat f’Ghawdex qed jimxu ’l quddiem.


Fl-istess okkazjoni tkellem ukoll il-President Dr. Mifsud Bonnici. Huwa qal li l-poplu Malti ghandu jibqa’ jghozz il-Biedja u s-Sajd u ghandu jhares lejhom bhala qasam  importanti hafna. Fakkar fiz-zmien meta kien hemm min beda jhares lejn affarijiet ohra bhala iktar importanti mill- Biedja u s-Sajd.


Qal li dan il-qasam flimkien ma’ dak ta’ l-Artiggjanat, minn dejjem kienu oqsma fejn missirijietna hadmu ghalihom biex jissalvagwardjawhom u hemm bzonn li din il-hidma tkompli. Dawn l-oqsma, tenna l-President ta’ Malta, wasslu wkoll biex jghinu fil-progress ekonomiku ta’ pajjizna.

... / ...




Il-Ministru ghall-Agrikoltura u Sajd Noel Farrugia tkellem dwar l-izvantaggi li tista’ ssofri l-industrija tal-Biedja u s-Sajd, f’kaz li Malta kellha ssir membru shih ta’ l-Unjoni Ewropea. Fakkar kif il-Gvern bhalissa qed jaghti kull inkoraggiment biex f’pajjizna tikber il-produzzjoni ta’ hxejjex u frott imkabbra b’mod organiku sabiex ikollna prodotti ta’ kwalita’ aktar gholja minn dawk li ghandna fis-suq bhalissa.


Is-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex Dr. Anton Refalo semma wkoll l-ghajnuna li qed jaghti l-Gvern ghal dan il-qasam. Fakkar li l-bejgh ta’ prodotti Ghawdxin bejn Jannar u Gunju ta’ din is-sena mill-pitkaliji ta’ Malta u Ghawdex zdied b’ 26.4%, meta mqabbel ma’ dak ta’ l-istess perjodu tas-sena l-ohra.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow